San Gejtanu
San Gejtanu minn Thiene twieled f’ Ottubru ta’1480. F’dak
iż-żmien l-Italja Ċentrali, (għax dak iż-żmien l-Italja
kienet magħmula minn ħafna reġjuni) waqgħet f’idejn it-Torok.
Biex umbagħad reġgħat intrebħet lura sentejn wara, l-aktar
bis-saħħa tal-mewt tas-Sultan Mehmet II, fit-3 ta’ Mejju
1482.

Fiż-żmien li twieled San Gejtanu r-reġjonijiet Taljani kienu
ukoll fi gwerra ma’ Spanja. Fl-1482, il-gwerra kienet kważi
spiċċat u waqt li t-truppi kienu qed jippreparaw biex
jirritornaw lejn pajjiżhom, il-kmandant Gaspare Thiene,
missier Gejtanu, intlaqat min balla li kienet mortali u
ħalliet lil-San Gejtanu bla missier ftit qabel ma kellu
sentejn.
Meta twieled Gejtanu kien sar il-pontifikat ta’ Sistu IV.
Dan il-pontifikat dam mill-1471 sa 1484. F’dan Sistu IV il-Papa
kien approva l-quddiesa tal-Kunċizzjoni li titqaddes.
.Fis-sena 1504 iż-żagħżugħ Gejtanu ħa l-lawrija ta’ avukat u
anke il-lawrija fil-liġi kanonika
Fiż- żmien San Gejtanu l-mużika rinaxximentali b’ċertu
melodija jew ballabli jew b’ċerta akkumpanjament, li kienu
jsejħulha ‘mużika sekulari’ ma setax tindaqq ġol-knejjes
Kemm dam ħaj San Gejtanu kien hemm 9 Papiet differenti
jmexxu il-Knisja Kattolika. Dawn kienu Sistu IV, Innocent
VII, Alessandru VI, (Dan kien l-aktar Papa li nkwieta lil
San Gejtanu) Piju III, Julius II, Lei X, Hadrian VI, Clement
VII u Pawlu III.
Fl-1527 San Gejtanu ġie imsawwat flimkien mat-teatini l-oħra.
Waqt li fl-istess żmien il-Papa ta’ dak iż-żmien, l-Papa
Clement VII kien arrestat u inħeles fis-6 ta’ Diċembru. Dan
il-Papa dam il bogħod mill-Vatikan għal 10 xhur sħaħ fejn
umbagħad irritorna fil-Vatikan f’Ottubru tas-sena ta’ wara.
Dan kien l-istess żmien meta 3 pajjiżi riedu jieħdu l-Italja,
jiġifieri l-Ingilterra. Franza u Spanja.
San Gejtanu ma għamel l-ebda regola għall-patrijiet tiegħu
Theatini. L-uniku regola li tagħhom kienet li iwettqu
fil-prattika l-Evanġelju. Il-patruna ewlenija tat-Teatini
magħżula minn Gejtanu stess hija Marija Immakulata
Kunċizzjoni.
San Gejtanu ta l-enerġija tiegħu, il-ħin kollu tiegħu, l-intelliġenza
tiegħu, il-ġid tiegħu u ħajtu jaħdem fi problemi soċjali
fejn kien jgħix. San Gejtanu matul ħajtu kien iħeġġeġ nies
tajba li kellhom il-flus sabiex huma wkoll jiftħu djar
għall-emarġinati, foqra, u persuni bi bżonnijiet speċjali.
Aktar minn ħames mitt sena ilu San Gejtanu ħadem bis-sħiħ
għall-foqra, għal dawk li jinqabdu fl-użura, għall-morda,
għax-xebbiet tat-triq, għall-ħabsin, bħal dawk li joħorġu
mil-ħabs, kontra l-iskjavitur u għall-waqfien mill-ġlied li
nibet f’Napli dak iż-żmien, li għal din ta’ l-aħħar offra
wkoll il-ħajja tiegħu.
San Gejtanu huwa wieħed minn żewġ qaddisin (barra San Ġużepp)
li jġib il-Bambin tarbija f’idejh. Il-qaddis l-ieħor huwa
Sant’ Antnin ta’ Padova.
San Gejtanu fl-1530 waqqaf il- Monte di Pieta’ fejn dan kien
bħal bank kif nafuhom illum ( għax dak iż-żmien ma kienx
hawn banek) bl-iskop li isellef il-flus lill-foqra mingħajr
imgħax u jeħlishom mill-użura. Aktar tard il- Monte di
Pieta’ inbiddel fil-Bank ta’ Napli.
San Gejtanu ma mietx martri, pero xorta waħda jitqies bħala
martri għax hu miet vittma tal-poplu Naplitan. Għax Gejtanu
offra lil Alla li hu jmut basta jieqaf it-tixrid ta’ demm.
Filfatt hekk ġara għax hekk kif in-Naplitani semgħu bil-mewt
ta’ Don Gejtano, telqu l-armi u ġrew lejn il-knisja ta’ San
Pawl biex jaraw għall-aħħar darba lil dak il-bniedem li tant
ħabbhom, li tant ħadem għalihom, li tant dewwa jekk mhux
lilhom imma lil qrabathom, u fuq kollox kemm tħabat u ħadem
biex iressaqhom lejn Alla.
San Gejtanu waqqaf ukoll għaqda tal-lajċi. Din l-Għaqda li
msemmija, d-Divina Amore, imħabba qaddisa, waqqafha
fil-perfezzjoni spiritwali biex jgħinu u juru mħabba lejn
il-morda fl-isptarijiet. Tnejn min dawn l-għaqdiet San
Gejtanu waqqafhom minn flusu stess.
San Gejtanu kellu dehra tal-Madonna bil-Bambin fil-Milied
tas-sena 1517.
Fl-1517 kienet sena kruċjali kemm għal Geatano Thiene u għal
Martin Luther (Luteru). Dan għaliex Gejtanu, ta’ 37 sena,
kienet il-bidu ta’ ferħ divina għax Ġesu’ tarbija ġie mogħti
lilu waqt li għal Luteru wkoll kienet kruċjali għall-ħajja
rivoluzzjonarja ta’ protestantizmu li kien qabad dak
iż-żmien minħabba li f’Ġunju ta’ dik is-sena Luteru ta’ 34
sena, sammar l-akkużi tiegħu kontra l-kleru mal-knisja ta’
Wittenburge Castle.
Kemm Gejtanu u Luteru kienu żewġ għorrief u żewġ riformisti
kbar. It-tnejn tathom rashom meta raw li kemm il-mexxejja
tal-knisja u anke l-ħajja ta’ dawk ta’ madwarhom kienu laxki
u ta’ taħwid kemm fil-knisja u anke fil-ħajja tas-seklu
sittax. It-tnejn riedu li jagħmlu xi ħaġa. Pero’ filwaqt li
Luteru prova jirranġa u ma baqax fidil lejn il-knisja,
Gejtanu ried li dak li jagħmel jagħmlu għall-glorja ta’ Alla
u ried li jibqa’fidil lejn il-Knisja ta’ Kristu. Luteru
telaq minn parti u qal u għamel dak li ġie għal idejh.
Gejtanu ltaqa’ mal-Papa u qasam miegħu il-ħsibijiet futuri
f’talb kontinwu quddiem Ġesu’ Ewkaristija. San Gejtanu baqa’
jaħdem minn ġewwa tal-knisja b’koordinazzjoni kbira
mal-Papa, Talab lil Alla fuq kollox u talab lill-Papa
għall-konċilju u riforma fil-knisja. Sfortunatament għalih,
Don Gaetano laħaq miet meta l-Papa għamel il-Konċilju u r-riforma
fil-Knisja.
Sentenza, li l-Imgħallem tagħna Ġesu’ uża għaċ-ċenturjun
Ruman, meta qal lil ta’ madwaru “Qatt ma ltqajt ma’ fidi
hekk kbira”. Din l-istess sentenza użaha Klement VII mal-kardinali
ta’ madwaru, meta dawn ta’ l-aħħar bdew jgħidu bejniethom,
li Gejtanu u t-teatini tiegħu kienu, jittantaw u
jiċċalinġjaw ‘l Alla biex jagħmel magħhom miraklu kuljum.
Hawnhekk il-Papa dar fuqhom u qal “Qatt ma ltqajt ma’ fidi
hekk kbira”. B’din il-fidi soda li Gejtanu wera f’Alla, il-Papa
de Medici ta l-permess li l-għaqda ta Don Gaetano tibda
tiffunzjona għall-ġid ta’ l-erwieħ.
Bħala Gejtanu tagħna, kemm ommu kif ukoll missieru mietu
kollha f’Awissu. Nafu li Gejtanu miet fis-7, ommu mietet
nhar Santa Marija fil-15 ta’ Awissu 1520, u missieru ġie
maqtul fil-21 ta’ Awissu 1482
San Gejtanu huwa l-Qaddis tal-providenza waqt li fl-Arġentina
San Gejtanu huwa meqjum ukoll bħala l-protettur tax-xogħol.
San Gejtanu, fuq xewqa tiegħu jinsab midfun fil-Knisja ta’
San Pietru. San Gejtanu ġie beatifikat mill-Papa Urbanu 8
fit-23 ta’Novembru 1624 u ġie proklamat Qaddis mill-Papa
Klement 10 fit-12 ta’April 1671.
Talba: Lil San Gejtanu Għall-Familja
O alla int li tajt lil San Gejtanu Qaddej tiegħek il-grazzja
li jgħix ħajja bħal ta’ l-appostli, agħti lilna wkoll
il-grazzja li bl-eżempju tiegħu jidħol, illum ukoll,
fil-Familji Maltin, fil-Familji Ħamruniżi, biex
bil-virtujiet u bl-eżempju tiegħu, il-Familja tkun soda
magħquda u b’saħħitha u qatt u xejn ma tinġarr mill-kurrent
ta’ dawn iż-żminijiet.
San Gejtanu itlob u ħares il-Ħamrun mid-diżgrazzji kontra l-familja.Verġni
Marija itlob għalina.Amen. |