Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Storja
 > Popolazzjoni
 > Gieħ il-Ħamrun
 > Għaqdiet
 > Knejjes
 > Monumenti
 > San Gejtanu
 > Nies ta' Isem
 > Skejjel
 > Toroq
 > Attivitajiet
 > Ritratti Antiki
Knejjes u Kappelli

Knisja San Gejtanu
Knisja tal-Madonna tas-Samra
Kappella ta' Portusalvu
Knisja ta’ San Franġisk t’ Assisi
Kappella tal-Midalja Mirakuluża tal-Madonna
Knisja tal-Kuncizzjoni
Kappella tad-Duluri
 


Knisja San Gejtanu

Minħabba l-poplu tal-Ħamrun beda jikber, iż-żewġ knejjes li kien hemm dik tas-Samra u l-oħra ta’ Nuzzu ma setgħux ilaħħqu mal-ħtiġijiet tar-ruħ li bdew jiżdiedu kuljum. Minhabba f’hekk certu wieħed negozjant Manwel Imbroll waqqaf kumitat biex isibu soluzjoni. Inqatħat li tinbena knisja ġdida li tkun tesa’ l-poplu kollu. Il-perit li ntgħazel kien Dr Ġorġ Schinas u fit-13 ta’Ġunju,1869, tqiegħdet l-ewwel ġebla li tbierket mill-Isqof Fra Gejtanu Pace Forno.

Dwar l-isem li kellha tingħata lil din il-knisja, il-poplu Ħamruniż xtaq li tkun iddedikata li San Ġużepp – isem li kien iġib I-istess pajjiż. Iżda l-Isqof wera xewqa oħra , dik li tiġi msemmija għall-isem il-qaddis tiegħu San Gejtanu, minħabba li f’Malta kollha ma kienx hawn parocca waħda ddedikata għalih. Il-Ħamruniżi biex juruħ kemm jgħozzu l-benefatturi tagħhom, wettqu xewqtu u hekk isemmiet għall ‘San Gejtanu’.

Fl-10 ta’ Lulju,1875, il-knisja ġiet miftuħa u mbierka mill-Isqof Konti Karmenu Scicluna, kif ukoll l-istess Isqof fl-1 ta’ Dicembru,1881, waqqafha f’parocca għaliha. Il-Knisja ta’ San Gejtanu ġiet ikkonsagrata mill-Arcisqof Dom Mawru Caruana u l-ewwel Kapillan kien Dun Fortunat Valletta.

L-istil tal-knisja hu wieħed Gotiku. Hija magħmula min kor,żewġ kappelluni, kursija u sagristija. Kellha ħdax il-artal u ieħor fis-sagristija li matul iż-żmien ġew imnaqqsa għal ħamsa biex is-sitta l-oħra flokhom saru konfessinarji. Taħt l-orgni maġġur hemm arloġġ kbir jixgħel u jaħdem bl-elettriku. Il-knisja hija twila 140 pied, wiegħsa 80 pied mill-kapelluni u 25 pied fil-kursija. Fiha ukoll żewġ kampnari li fihom hemm erba’ qniepen, kif ukoll l-arloġġ li sar fi Franza. Din il-knisja fiha xogħolijiet sbieħ ħafna ta’ l-arti. Il-kwadru ewlieni li juri lil San Gejtanu qed jircievi l-Bambin Tarbija minn idejn il-Madonna hu xogħol il-Kav. Pietru Gagliardi li nġieb minn Ruma fil-5 ta’ Lulju,1882,. Minbarra dan il-kwadru, insibu l-kwadri ta’ l-artali kollha huma ta’ mertu kbir. Il-pittura tas-saqaf saret kollha minn Emvin Cremona. L-istatwa titulari ta’ din il-parocca nħadmet mill-istatwarju Karlo Darmanin

Ta’ min igħid li l-koppla saret fuq il-pjanta ta’ Andrea Vassallo li għaraf jagħmel disinn tassew oriġinali u dan billi insibulha żewġ koppli ġo xulxin u b’hekk tista’ ddur ġo fiha u tara’ lil knisja minn kull naħa. Ta min igħid ukoll, li Schinas kien ħazzez pjanta ta’ koppla li hija differenti ħafna min dik li għandna llum, u dan biex jaqbel sewwa ,ma’ l-istil tal-knisja. Għal xi raġuni din il-koppla qatt ma saret -- hemm diversi teoriji l-għala ma saritx, imma kellu jkun il-Kappillan Mons. Dun Nerik Cordina Perez li elimina’ d-diffikultajiet kollha u ndaħal għall-bini tagħha. Imma meta wasal għall-pjanta, u ntalab jekk kienx hemm xi ħadd li kellu d-disinn tagħha, billi kulħadd irraġuna li bilfors li Schinas hazzez il-koppla wkoll, ma nqala’ ħadd li kien jaf. Kellu jkun Alfie Guillaumier li maż-żmien sar jaf bil-pjanta li kienet għand waħda mara li din kienet pronta tathielu. Imma kien tard wisq għaliex il-koppla kienet ġa telgħet kif nafuha llum.

Kappillani fil-Paroċċa San Gejtanu


Knisja tal-Madonna tas-Samra

L-istorja tal-knisja tal-Madonna tas-Samra tmur lura fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 fejn f’dak iż-żmien ġew imwaqqa’ u nqerdu bosta djar fil-Birgu, fejn mietu ħafna nies. Fost dawn id-djar imwaqqa’ kien hemm dik ukoll ta’ Toni Spinaci. Fid-dar imwaqqa’ kellu tifla għadha tarbija jisimha Eliżabetta, li kienet rieqda fil-benniena, u sfat mirduma qalb il-ġebel tad-dar imwaqqa’. Il-ġenituri tagħha ħasbu li mietet, iżda b’miraklu nstabet qawwija u sħiħa. Min dan l-incident Alla l-imbierek ħarisha għaliex kellu jinqeda biha biex ixerred qima u devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Atocja.

Din id-devozzjoni nġibet Malta min certu wieħed negozjant Gużeppi Casauri li kien miżżewweg lil din Eliżabetta Spinaci waqt li kien fuq negozju f’Toledo, li mqalqal mid-devozzjoni li kellu lejn ix-xbieha mirakuluża ta’ Atocja, irnexxilu jgib kopja tagħha mingħand ħabib tiegħu. Dan Casauri meta irritorna Malta ħalla negozju biex bena knisja ftit kbira, b’xi kmamar magħha. Din il-knisja nbniet fuq knisja oħra li kienet imġarrfa, li kienet iddedikata lil San Nikola, fuq il-għolja li fil-qedem kienet tissejjaħ ta’ Braxja.

Min dak inhar, din il-għolja bdiet tissejjaħ, kif għadha sa llum ta’ ‘Atocja’, waqt li l-knisja hija msejħa ‘tas-Samra’ minħabba l-kulur samrani ta’wicc il-Madonna, li hu l-istess bhal wicc dik li hemm f’Madrid. Minnufiħ grazzji kbar bdew isiru bl-intercesjoni ta’ din ix-xbieha mirakuluża, b’hekk bosta nies bdew imorru jżuruha u jroddulha ħajr.

Fil-bidu tas-seklu għoxrin, din il-knisja kienet abbandunata fejn ukoll ġiet profanata u magħluqa. Kienet tinfetaħ darba fis-sena biss eżatt fil-festa tagħha ta’ Santa Marija fejn fil-bqija tas-sena kienet tkun post biex fiha jaħżnu l-ġwież, tiben u silla.

Id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-ħmistax tax-xahar kien bdieha San Ġorġ Preca fejn warajh kompliha l-Kanonku Ġorġ Bonello b’ħerqa kbira kif għadhom isiru sa llum anke wara mewtu.


Kappella ta' Portusalvu

Din il-knisja tal-Madonna tal-Portusalvu qabel ma ġie iffurmat il-Ħamrun kienet tissejjaħ ta’ San Gużepp minħabba t-triq li qiegħda fiha, għalkemm iktar hi magħrufa bħala ‘ Ta’ Tunozzu’( illum Santunuzzu). Din il-knisja giet imbierka fil-31 ta’Awissu,1645, wara li kienet mibnija minn Pankrazju Briffa.

Din il-kapella li għal xi żmien servit bħala vici-parrocca, ġiet imwaqqfa mis-Sinjura Margerita Grech mart il-Kjeriku Antonju Agius. Minkejja c-cokon tagħha, il-knisja għandha faccata sabiħa ħafna.

Din il-knisja, mal-medda taż-żmien, u meta beda jikber il-Ħamrun, ma kienitx kbira biżżejjed biex tilqa’ fiha dak il-poplu; b’hekk il-poplu aspira biex jibnu waħda ġdida, kif fil-fatt agħmel u dan rajniħ meta bena l-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu. Matul is-snin hija servit għal bosta għanijiet fejn fiha fl-1907 San Ġorġ Preca kien ilaqqa xi żgħażagħ u jgħallimhom id-duttrina. Anke fil-bidu ta’ Ġunju 1941 marru fiha l-Patrijiet Karmeltani Skalzi ta’ Santa Tereza ta’ Bormla fejn gew jistkennu mil-qilla ta’ l-għadu u ħadu ukoll id-dar li hemm tmiss magħha.

Biż-żmien, din il-knisja kellha bżonn ta’ restawr. Il-ġebel tal-koppla kien therra, is-slaleb kemm tal-koppla kif ukoll ta’ fuq il-frontispiżju kienu waqgħu bil-maltemp. Meta laħaq Kappillan Dun Paul Camilleri, talab li din il-knisja tissewwa mil-aktar fiss qabel ma ssirilha aktar ħsara. Għalkemm issewwiet, hija baqgħet magħluqa b’destin incert,sakemm laħaq il-Kappillan Dun Pawl Fenech fejn fetaħha bħala proġett għall-adorazzjoni perpetwa.


Knisja ta’ San Franġisk t’ Assisi

Fis-16 ta’ Awissu, 1947, ftit Patrijiet Minuri Franġiskani ta’ Ġieżu ġew jogħqodu ġewwa l-Ħamrun fejn fetħu kappella u kunvent ckejken fi Triq Lord Byron għall-ħtiġijiet ta’ dawk l-inħawi. Kif il-Ħamrun beda jikber dawn ma l-ewwel ħassew il-ħtieġa li jkollhom knisja u kunvent xieraq. Wara ħafna taħbiet biex issibu bicca art tgħodd għalihom, irnexxielhom jiksbu bicca art li għandhom illum f’tarf Triq Villambrosa.

Il-knisja damet timbena sentejn u tbierket u nfetħet għall pubbliku fit-30 ta’Ottubru,1954. Ġiet ikkonsagrata mill-Arcisqof Gonzi fil-25 ta’Mejju, 1955. L-istill ta’ din il-knisja hu kollu kemm hu still Franġiskan jew aħjar Ruman fejn fl-istess semplicita’ tiegħu huwa modern. Ma ġenb din il-knisja hemm ukol il-kunvent tagħhom. Din il-knisja tesa’ madwar 2,000 ruħ u saret fuq il-pjanta tal-Kavalier Ġuże’ Damato.

Fil-knisja hemm tliet artali ta’ l-irħam abjad, bil-figuri ta’ l-Appostli tal-bronż u bil-mużajk tad-deheb. Fuq l-artal hemm statwa kolossali ta’ l-irħam li turi lil San Frnġisk qed jieħu l-pjagi. Interessanti ukoll li f’din il-knisja il-Via Sagra hi magħmula ta’ l-irħam ukoll. Fuq il-kampnar, hemm statwa ġganteska li turi lil San Franġisk b’idejh miftuħa, xogħol sabiħ ħafna ta’ Marku Montebello. Hija tbierket u ttelgħet fuq il-kampnar fil-21 ta’ Frar, 1960. Il-pittura tal-koppla li tinsab f’din il-knisja hi bicca xogħol ta’ sengħa kbira tal-pittur Ruman Marcello Liberati.


Kappella tal-Midalja Mirakuluża tal-Madonna

Fil-bidu ta’ Triq Irjali San Ġużepp, in-naħa imsejjaħ bħala l-Blata l-Bajda, insibu kumpless u kappella sbieħ ħafna. F’dan il-post li huma mibnija fuqu, qabel kien cimiterju tal-kolera. L-art li fiha madwar 500 qasba kwadru beda t-tħaffir għal dan ic-centru fil-15 ta’ Awissu, 1954. Meta x-xogħol ta’ dan il-bini mexa sewwa, li llum isservi bħala Kwartier Ġenerali tas-Socjeta tal-Mużew, minfejn minnu joħorġu id-direttivi u amministrazzjoni tal-fergħat kollha ta’ Malta u Għawdex, bdiet tinbena il-Kappella. L-ewwel ġebla tagħha tqiegħdet fit-23 ta’ Frar,1958, mill-Arcisqof Gonzi u tbierket u nfetħet ufficjalment mil-istess Isqof fit-13 ta’ Mejju, 1964.

Din il-kappella li hi ddedikata lil-Midalja Mirakuluża tal-Madonna fuq still klassiku modern u tesa’ 320 ruħ, għandha l-għamla tal-kappella ta’ Sarria tal-Furjana. Il-pjanta għamillha l-Kavallier Guze’ Damato. Fl-1962, fuq il-bieb tal-kappella minn barra tqiegħdet statwa tal-Madonna bilqiegħda filwaqt li sena wara ittellgħet fuq l-antenna ta’ din il-kappella, statwa tal-bronż ta’ Ġesu Feddej.

F’din il-kappella insibu ukoll għal qima tal-pubbliku, statwa tax-xama’ ta’ San Ġorġ Preca, kif ukoll id-demm ta’ dan il-qaddis li kien ħadlu t-Tabib Lawrance Spiteri. Hawnhekk ukoll insibu l-fdal ta’ l-ewwel qaddis Malti San Ġorġ Preca li għex, għallem u qatta ħajtu ġol- Ħamrun.


Knisja tal-Kuncizzjoni

Il-bidu ta’ din il-knisja jmur lura meta Pawlu Burlo’ mid-dar tiegħu fi Triq Vitale rama kappella zgħira għalih fejn anke, f’Mejju fl-1920 għamel festa sabiħa. Huwa żejjen id-dar tiegħu u għamel daqsxejn ta’ banda. Maż-żmien kera mezzanin, dar ma’ dar mat-terran li kellu biex dan sar oratorju fejn rama kappella akbar iddedikata lill-Kuncizzjoni u fil-kmamar l-oħra użahom biex ikun jista’ jgħallem lit-tfal id-duttrina u jħejjihom għall-precett. Wara l-mewt ta Pawlu Burlo’, kompla x-xogħol tiegħu sacerdot żgħażugħ Dun Edgar Vella, bniedem ħabrieki u bieżel ħafna. Hekk kif il-poplu f’dawk l-inħawi beda jiżdied u ma baqax kollu għelieqi bħal qabel, dan Dun Edgar ġieh il-ħsieb li tinbena Knisja. Ma kienitx facli imma mimli kollu ħeġġa, Dun Edgar sab għalqa vicin l-oratorju bl-għajnuna ta’ l-Arcisqof Gonzi biex iwettaq il-ħolma tiegħu.

Il-Pjanta saret mil-Kavalier Guze’ Damato u fit-23 ta’ Marzu,1958, tqiegħdet u tbierket l-ewwel ġebla ta’ din il-Knisja mill-Eccellenza Tiegħu Mons. Isqof Emmanuele Galea. L-istil tagħha hu wieħed Joniku, b’kampnar wieħed, kopla ħelwa, artal wieħed u żewġ sagristiji.

Sfortunatament Dun Edgar ma kellux ix-xorti li jara l-knisja lesta minħabba li miet ta’ 43 sena. Ix-xogħol tkompla minn Dun Ġużepp Mifsud Bonnici li aktar tard sar l-ewwel kappillan tagħha.

Nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Awissu,1963, hija ġiet imbierka mill-Isqof Emmanuele Galea u fl-1 ta’ Lulju’1966 ġiet maħtura vici-parrocca mill-Isqof Gonzi meta l-istess Isqof aktar tard fl-1 ta’ Jannar, 1968, waqqafha f’parrocca. Ħdejn din il-Knisja tal-Kuncizzjoni naraw Centru Parrokkjali li semma “ Marija Immakulata” li jintuza għal-lagħqat, librerija, sala tal-palk u sala għall-attivitajiet differenti oħra. Il-vara titulari ġiet irregalata fl-1985, mill-Arcikonfraternita’ ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni tal-Belt Valletta. Din il-vara nħadmet f’Ruma fuq inizjattiva tal-Kappillan Dun Mattew Agius.

Fit-3 ta’ Jannar,1988, ittellgħat fuq il-frontispizju tal-knisja, statwa kbira tal-Madonna maħduma bil-fibreglass, xogħol l-iskultur George Atkins. Hija għolja 43 pied u tbierket mil-Kappillan Dun Manwel Agius.

Kappella tad-Duluri

Din il-kappella rat il-bidu tagħha minn oratorju li kellhom l-imseħbin tal-Leġjun ta’ Marija, li nfettaħ fl-20 ta’ Jannar, 1951. Dawn, megħjunin mid-Direttur Spiritwali tagħhom, Dun Ġużepp Saliba, kisbu dan il-post mingħand is-Sinjuri Farrugia tad-Ditta Farsons Brewery, fejn għal bidu fiħ kienu jagħllmu d-duttrina lit-tfal ta’ dawk l-inħawi. Dan l-Oratorju waqqfuħ taħt it-titlu tad-Duluri, kif għadu hekk sa llum.L-ewwel festa tad-Duluri, ġiet iccelebrata fis-16 ta’ Marzu, 1951, fejn għaliha kienu attendew ħafna nies.

Issa n-nies bdiet tħoss il-ħtiega li dik ix-xaqliba, li forsi kienet xi ftit imbiegħda mill-parrocca, tit-twaqqif kappella gdida f’dawk l-inħawi minflok il-maħżen misluf lilhom. Imma forsi ż-żmien kien għadu xi ftit ‘il boghod biex din l-edea ssir realta’. Aktar tard f’dan l-Oratorju, bdiet issir quddiesa f’xi okkażjonijiet biss, imma maż-żmien bdiet issir kull nhar ta’ Sibt u Ħadd u fil-festi Kmandati.

Bir-rieda tagħmel l-egħġubiet kif ġara f’dan il-każ. Dan l-oratorju baqa’ jiffunzjona sat-18 ta’ Dicembru, 1982, minħabba li kienet tlestit il-knisja l-ġdida fuq id-disinn tal-Perit Richard Aquilina. L-art ta’ din il-kappella nxtrat f’Marzu ta’ l-1972 u x-xogħol ta’ tħammil u tħaffir beda’ anke qabel ħargu il-permessi meħtiega.

 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt