|
Għaqdiet
Sportivi
Ħamrun
Spartans
Ħamrun Spartans FC
Youth Nursery
Ħamrun
Table Football Club
Aikido
Baned
Għaqda Mużikali Immakulata
Kunċiżżjoni
Għaqda tal-Mużika San Gejtanu
Ħamrun
Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun
Gruppi ta' L-Armar tal-Festa
Grupp Armar - San Gejtanu
Sezzjoni Festa Blata l-Bajda
Il-Grupp Armar (Festa
Kuncizzjoni)
Socjali
Ħamrun Liberty
Civic
Club
Hobbies Society
Politici
F.Ż.L. Hamrun |
|
|
Ħamrun Spartans
It-team tal-football
tal-Ħamrun Spartans twaqqaf fl-1907, mitt sena ilu. Dan il-club
glorjuż huwa rinomat sew għas-supporters numerużi u brijużi
li għandu. Il-kuluri ta dan it-team huma l-aħmar u l-iswed
waqt li l-laqmijiet sinonimi ma’ dan il-club u supporters
tiegħu huma ta’ ‘Werwer’ u ‘Tas-Sikkina.
Sa mill-bidu li ġew imwaqqfa, it-team tal-Ħamrun Spartans
stabbilixxew ruħhom sew fil-kampjonat Malti, tant li
fl-1913-1914 saru għall-ewwel darba champions tal-kampjonat
Malti meta kellhom goal average aħjar mit-team tas-St.
Georges. It-tieni kampjonat rebħuh erba’ snin wara, meta
rebħu l-play off għal darba oħra kontra St. Georges. L-aqwa
player f'dawk iż-żminijiet għall-ispartans kien Gejtu Psaila
imlaqqam il-ħaċċa. Fiż-żminijiet ta’ wara dawk ta’ l-għoxrinijat
u t-tletinijat, kienu żminijiet ftit diffiċli għal dan
it-team fejn bosta players tajbin telqu u sieħbu ma’ clubs
oħra.
Aktar >> |
|
|
Ħamrun Spartans FC Youth
Nursery
Dan l-istaġun,
il-Ħamrun Spartans FC Youth Nursery dieħla fil-21 sena
mit-twaqqif tagħha. Kien il-mibki Tony Bajada, li, flimkien
u bl-għajnuna ta' Noel Attard u Charles Xuereb, f'Diċembru
ta' l-1987 ġietu l-idea li jifforma Nursery tal-football
fil-Ħamrun, bil-ħsieb li jipprepara u jtella' players għat-Team
tal-Kbar li f'dik l-epoka kien għaddej fl-aqwa tiegħu.
Aktar>> |
|
|
Ħamrun Table Football
Club
Il-Ħamrun
Table Football Club ilu mwaqqaf mill-1985 u llum
għandu ‘l fuq minn 40 membru attiv ta’ etajiet
differenti. Il-għan tal-club huwa li jippromwovi l-logħba
tat-table football (magħrufa wkoll bħala ‘subbuteo’)
billi jorganizza kompetizzjonijiet interni bejn
il-membri kif ukoll billi jipparteċipa
f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali kemm
fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi ta’ timijiet.
Aktar>> |
|
|
Aikido
L-‘Aikido’ hija għaqda li bdiet topera f’Malta
fl-1993. Fl-2006 fetħet fergħa ġewwa l-Ħamrun fl-iskola ta’
Marija Assumpta fejn jiġu organizzati diversi korsijiet għal
dawk li jixtiequ jitgħallmu l-‘Aikido’. Il-lezzjonijiet huma
mgħallma minn ‘instructor’ kwalifikat u ta’ ċinturin iswed.
Kif jimplika l-isem, l-‘Aikido’ huwa tip ta’ difiża
personali, ‘Self Defence’, Ġappuniż, b’differenza. Dan
għaliex fiha wieħed ma jkunx mitlub jkun vjolenti jew
aggressiv billi jagħti bil-ponn jew bis-sieq, imma li
jiddefendi ruħu billi jdawwar favur tiegħu l-istess enerġija
ta’ l-avversarju kontrih stess. Aktar>> |
|
|
Għaqda Mużikali
Immakulata Kunċiżżjoni
Il-bidu ta’
din l-għaqda mużikali iddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni,
jmur lura għal-1978, meta Toni Borg avviċina lill xi ħbieb
biex iwaqqfu għaqda mużikali ġdida fil-Ħamrun. Din il-ħtieġa
nħasset wara li ġiet imwaqqfa parroċċa ġdida fil-Ħamrun
minħabba li l-popolazzjoni kibret sew f’dawk l-inħawi.
Il-ħolma ta’ Toni Borg saret realta fis-sena ta’ wara, għax
fit-22 ta’ Awissu, 1979, nżammet l-ewwel laqgħa ta’ din l-għaqda
fil-Victoria United Football Club fi Triq Barth. Maż-żmien
il-post fejn jiltaqgħu inbidel bosta drabi. Mill-Victoria
United Football Club marru ġo garaxx fi Triq Kanonku Bonnċi,
wara hawn sabu mkien ieħor fi Triq Ġuże’ Pace u anki fi Triq
Villambrosa sakemm inxtara post ċentrali fi Triq
il-Kappillan Mifsud. Fl-1 ta’ Awissu 2002 l-għaqda reġgħet
imxiet din id-darba għal-post aktar ċentrali fi Pjazza
Kappillan Muscat, post ferm akbar min dak ta’ qablu. Dan
il-każin infetaħ uffiċjalment fid-29 ta’ Awissu 2004
mill-President Emeritus tar-Repubblika l-Professur Guido de
Marco.
Aktar>> |
|
|
Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Il-Għaqda
tal-Mużika San Gejtanu taf il-bidu tagħha fis-1906, meta il-Banda
Mużikali San Ġużepp kienet mistiedna biex teżegwixxi
programm fil-Floriana. Xi bandisti mingħajr ma għarrfu
lis-Surmast u lanqas lid-delegati tal-banda ma attendewx
għall-programm. Is-Surmast irrapporta dawn il-bandisti
lill-kumitat biex jitressqu quddiemu u jiġġustifikaw l-imġieba
tagħhom. Il-Kumitat deherlu li l-iskuża li ġab wieħed mill-bandisti
kienet raġonevoli. Għalhekk il-kumitat iddeċieda li jkeċċih
mill-banda u mill-każin.
Din id-deċiżjoni qajmet reazzjoni fost xi bandisti li
protestaw bil-qawwa kontra din id-deċiżjoni ħarxa. Tnejn
minn dawn il-bandisti ġew ukoll imkeċċija mill-każin permezz
ta’ Seduta Ġenerali . B’riżultat ta’ dan, grupp ta’ bandisti
flimkien ma’ soċji sussidjarji telqu s-Soċjeta’ San Ġużepp.
Ftit xhur wara nhar San Ġwann jiġifieri nhar l-24 ta’ Ġunju
1906 ġiet imwaqqfa uffiċjalment il-Għaqda tal-Mużika San
Gejtanu.
Aktar>> |
|
|
Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun
Għall-ħabta ta’ nofs is-seklu dsatax, inħoloq f’Malta
moviment qawwi li kiser il-monotonija tal-ħajja ta’ dak
iż-żmien. Dan dawwal dawk iż-żminijiet il-mudlama u fetaħ
orizzonti ġodda għat-tagħlim kulturali tal-massa u ħoloq
rikreazzjoni u soċjalizzjoni għal ħafna kommunitajiet ta’
bliet u rħula Maltin.
Mat-tmiem tas-seklu dsatax fil-bliet, is-subborgi u l-irħula,
infetħu ċentri tal-mużika. Dawn iċ- ċentri kienu jsejħulhom
‘Circoli Filarmoniċi’ jew kif insejħulhom illum ‘Każini tal-Banda’.
L-influwenza ta’ dan il-moviment bandistiku nħasset sewwa
fil-Ħamrun li fis-snin tmenin tas-seklu dsatax kien għadu
subborg ta’ madwar 4,000 ruħ. Dan il-moviment sab ħafna
promoturi ġol-Ħamrun. Il-għadd ta’ dawn il-promoturi kien
tnax, imma l-aktar bniedem li wera interess u entużjażmu
kien is-Sur Giuseppi Mintoff. Dal-bniedem ħeġġeġ grupp ta’
żgħażagħ Ħamruniżi biex jieħdu kors ta’ studju mużikali
bil-għan li jiffurmaw banda kbira. Dan l-appell kien milqugħ
bil-kbir u fi ftit ġimgħat l-istudenti li bdew jattendu
għall- lezzjonijiet tal-mużika laħaq it-tletin. Barra minn
dawn, xi mużiċisti Ħamrunizi li kienu diġa jdoqqu mar-reġiment
jew xi baned oħra inġibdu minn dan il-kurrent mużikali.
Aktar>> |
|
|
Grupp Armar (Festa Kuncizzjoni)
Il-grupp armar, twaqqaf fl-1982 bl-iskop li jieħu ħsieb l-armar
tal-festa tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni. Il-grupp kien
twaqqaf nhar it-28 ta’ Lulju 1982 minn Joe Pace u l-ewwel
membri kienu Ivan Bugeja, Sandro Buttigieg, Silvio
Cacciattolo, Pawlu Camilleri, Franco Cassar, Joseph Doublet,
Noel Doublet u Mario Scerri.
Fl-ewwel snin tiegħu l-grupp kien jiltaqa’ ta’ kuljum
fis-sala Dun Edgar Vella li tinsab taħt il-knisja fejn aktar
tard marru f’garaxx kbir li hemm ftit metri l-bogħod mill-knisja.
Il-membri matul is-sena kienu jieħdu ħsieb jirranġaw l-armar
li jkun ġarrab xi ħsarat u anki jaħdmu fuq armar ġdid. Meta
toqrob il-festa umbagħad jibdew bil-preparamenti biex
jintramaw it-toroq kif jixraq għal festa. Dan il-grupp ħa
ħsieb li jagħmel xogħolijiet oħra li minn żmien għal żmien
kien ikun hemm bżonn li jsiru fil-knisja.
Aktar>> |
|
|
Ħamrun Liberty
Il-Ħamrun
Liberty twaqqaf minn grupp ta’ żgħażagħ mill-Bini ta’ l-Isqof
fil-Blata l-Bajda li kienu jitlaqqgħu minn Dun Maurice
Mifsud biex jagħlimhom. Fl-1963 dawn waqqfu team tal-football
bl-isem ta’ ‘Ħamrun White Rock Rangers’, li f’dik l-istess
sena ħadu sehem fl-I.A.S.C. >>Read more
L-ewwel klabb ta’ din il-għaqda kien fil-Lord Plumer Bar fi
Triq Irjali. Meta dan il-lokal għalaq marru fir-Radio City
Bar jew kif kien magħruf bħala ta’ ‘Duminku’. F’dak iż-żmien,
jiġifieri lura għaż-żmien erbgħin, minn dan il-bar ħareġ
it-team famuż tal-Liberty li aktar tard saru l-Ħamrun
Spartans li ħadu l-league u l-Cassar Cup fl-1947.
Aktar >> |
|
|
Civic Club
Is-Civic Club,
soċjeta li twaqqfet f’Jannar ta’ l-1954, tinsab fl-aktar
parti ċentrali tal-Ħamrun ma’ ġenb il-knisja maestuża
tal-Patrun tagħna l-Ħamruniżi San Gejtanu.
Sa mill-bidu din is-Soċjeta kellha l-għan ewlieni tagħha li
tkun waħda soċjali, rikreattiva u edukattiva.
Dan il-club iservi sabiex il-Ħamruniżi jkollhom post fejn
wieħed jista’ jiltaqa' għar- rikreazzjoni f’post li m’hux
marbut ma xi kulur politiku jew bandistiku. Miftuħ għal
kulħadd mingħajr ebda diskriminazzjoni ta’ kulur,
nazzjonalita’ jew twemmin.
Dan il-post ma’ tul dawn is-snin serva bħala lok li fih kien
jiltaqa’ l-Kunsill Ċiviku, wieħed minn ta’ l-ewwel li kien
hawn f’Malta. Dan il-Kunsill kien speċi ta’ Kunsill Lokali
li għandna illum bid-differenza li ma kienx elett mill-poplu
Ħamruniż iżda kien iħaddan fih rappreżentanza mill-Għaqdiet
kollha stabbiliti fil-Ħamrun.
Aktar>> |
|
|
Hobbies
Society
Hobbies Society twaqqfet fl-1966 ġewwa l-Ħamrun
mill-fundatur tagħha is-Sur Anthony Pisani. L-iskop tagħha
hu li tgħin lil-min għandu xi tip ta’ hobby.
Li wieħed ikollu ‘hobby’ mhux xi ħaġa diffiċli. Ħafna
jfaddlu xi ħaġa bħala “Hobby”, iżda meta jiġu biex ikomplu,
jsibuha ferm diffiċli. Hemm diversi raġunijiet għax jiġri
dan. Ikun hemm minn dawk li jkun jonqoshom xi ftit ta’
inizzjattiva, filwaqt li jkun hemm oħrajn li jkunu jridu min
jgħinhom u jurihom x’sejjer jinvolvi dak li sejrin jibdew
jfaddlu.
Aktar>> |
|
|
F.Ż.L. Hamrun
Il-F.Ż.L. Ħamrun jew aħjar il-Forum Żgħażagħ
Laburisti Ħamrun hija fergħa attiva ferm taż-żgħażagħ tul
dawn l-aħħar snin, li kull ġimgħa jiltaqgħu fiċ-ċentru
tal-Partit Laburista tal-Ħamrun. F’din il-fergħa jista’
jidħol kulħadd ta’ kull twemmin reliġjuż, kulturali u sess
bejn l-14 u il-30 sena li naturalment jaqbel mal-prinċipji
ta’ politika ta’ din l-organizzazzjoni.
Aktar>> |
|
|
|