Dun Ġużepp Cachia
Dun Ġużepp twieled il-Ħamrun fil-15 ta’
Diċembru 1921. Wara
47 sena ta’ ħidma pastorali, soċjali u kulturali għall-ġid
tal-Ħamrun, ir-Referendum Dun Ġużepp Cachia, irtira mill-bosta
mpenji li kellu fost il-komunita’ Ħamruniża minħabba
raġunijiet ta’ saħħa.
Huwa beda l-istudji tiegħu fl-iskola tal-Gvern fil-Ħamrun u
wara kompla l-istudji fis-Seminarju ta’ l-Arċisqof
fil-Furjana. Ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ April 1949
fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Mikiel
Gonzi u
beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu
dik is-sena stess, fejn okkupa l-kariga ta’ Viċi-Kappillan
għal snin twal. Sa minn qabel ma ġie ordnat saċerdot, bħala
Soċju tal-MUSEUM, bdiet il-ħidma konkreta, bla heda,
għall-ġid tal-Ħamrun.
Sar sinonimu mal-Ħamrun, mal-Knisja Parrokkjali, mal-festa
San Gejtanu u mal-Kor tal-Ħamrun. Kienu l-kwalitajiet ta’
Dun Ġużepp li wasslu sabiex jilħaq l-għanijiet u s-suċċessi
tal-ħidmiet tiegħu. Bniedem b’viżjoni u innovattiv ;
enerġetiku u simpatiku li rnexxielu jittrażmetti ħeġġa
b’faċilita’ kbira ; bniedem bil-kwalitajiet ta’ mexxej
inkluż id-dixxiplina, u dejjem medd idejh anki f’xogħol
manwali.
Il-ħidma soċjali u pastorali ta’ Dun Ġużepp kienet tispikka
l-aktar fost iż-żgħażagħ fejn, sa minn żmien bħala
Seminarista għaraf il-kant u l-mużika bħala strument
importanti. Passjoni tiegħu li wasslitu sabiex jifforma l-ewwel
Kor Parrokkjali f’Malta, il-Kor ta’ Dun Ġużepp. Taħt id-direzzjoni
ta’ Dun Ġużepp dan il-Kor tal-Ħamrun akkwista suċċess wara
l-ieħor u ġab unur kbir lill-Ħamrun fil-bliet u l-irħula
tagħna u anke ‘l barra minn xtutna. Dun Ġużepp għamel żmien
twil bħala Direttur Spiritwali ta’ l-Għaqda Mużikali San
Ġużepp u kien attiv, anke permezz tal-kor tiegħu fiż-żewġ
għaqdiet mużikali. Il-kontribut tiegħu kien strumentali
sabiex il-festa ta’ San Gejtanu laħqet tradizzjonijiet kbar
u ma naqasx sabiex jagħti s-sehem tiegħu biex jgħaqqad
iż-żewġ każini fi żminijiet ta’ firda u piki.
Li għandna, fil-Knisja ta’ San Gejtanu, tempju daqshekk
sabiħ u dehen, inkluż l-Oratorju huwa ukoll,
grazzi
għal-ħidma ta’ Dun Ġużepp. Il-Patrimonju ta’ ġid li għamel
fil-Ħamrun verament jistħoqqlu li jiġi mġedded u bl-aħjar
meżż billi ngħixu fl-ispirtu ta’ għaqda, u nsaħħu t-tradizzjonijiet
tal-festa San Gejtanu. Għalhekk Dun Ġużepp jistħoqqlu dan l-ewwel
unur ta’ ĠIEH IL-ĦAMRUN, li jingħata mill-Kunsill Lokali
Ħamrun.
Victor Tedesco
Victor Tedesco twieled l-Msida nhar id-9 ta’ April 1917.
Ir-rabta tiegħu mal-Ħamrun ilha sa minn żgħożitu, eżattament
sa minn dakinhar li ltaqa’ mal-mara tiegħu Ġuża Debattista
mill-Ħamrun.
Meta żżewweġ ġie joqgħod il-Ħamrun u kien hawn, il-Ħamrun,
li twelldulu l-ħames uliedu Vincent, Hetty, Patricia,
Doriette u Louise.
Victor Tedesco minn dejjem kien dilettant kbir kemm
tal-kultura u kemm ta’ l-isport. Minbarra il-kitba ta’
diversi drammi u xogħolijiet għall-palk, huwa kien jieħu
sehem f’rappreżentazzjonijiet kulturali, x’uħud minnhom
ippreżentati fil-Każini ta’ l-Għaqdiet Mużikali, San Ġużepp
u San Gejtanu li tagħhom is-Sur Tedesco huwa Membru Onorarju.
Biss żgur li isem Victor Tedesco huwa marbut ħaġa waħda ma’
l-isport. Huwa beda l-karriera tiegħu bħala player u lagħab
ma’ diversi timijiet. Wara li temm il-perjodu ta’ player,
huwa daħal bħala amministratur fejn insibuh li serva
f’diversi Kumitati ta’ klabbs tal-futbol, sakemm fl-1979,
insibuh bħala President tal-Ħamrun Spartans fejn assuma
ukoll il-kariga ta’ Team Manager.
Il-Ħamrun daq l-ewwel unur taħt it-tmexxija tiegħu meta l-Ħamrun
Spartans rebħu l-kampjonat fl-1983. Fl-istess sena intrebħet
għall-ewwel darba l-‘F.A. Trophy’. Dan kien il-bidu ta’
żmien li fih il-Ħamrun Spartans kisbu għadd ta’ suċċessi,
xejn anqas minn tnejn u għoxrin unur fosthom 4 kampjonati u
6 F.A. Trophies. Matul l-istess perjodu it-tim Ħamruniż fost
oħrajn irnexxielu jġib riżultati mill-isbaħ f’
kompetizzjonijiet Ewropej, fejn kien l-ewwel tim Malti li
rebaħ Home u Away biex għadda għal ‘ round’ ieħor.
Fl-1996, Victor Tedesco ra ħolma kbira tiegħu titwettaq meta
kien inawgurat il-Kumpless Sportiv u l-istadium ġewwa l-Ħamrun
li l-Lagħqa Ġenerali tal-Ħamrun qablet unanimament li għandu
jissemma’ għalih. Żgur li Victor Tedesco għandu qalbu kollha
kemm hi tgħum fl-ilwien Ħamruniżi, li fil-perjodu msemmi
tant ħadem għas-suċċess tagħhom
Charles Camilleri
Charles Camilleri twieled il-Ħamrun nhar is-7 ta’ Settembru
1931. Ta’ eta żgħira kien beda jdoqq u jipprattika l-pjanu.
Il-hena tiegħu kienet li jkun kreattiv u m’hux idoqq
il-mużika ta’ ħaddieħor. Missier Charles, konxju mill-interess
kbir li it-tifel kellu lejn il-mużika, beża’ li dan ma kienx
se jkompli l-iskola, tant li kemm-il darba ħaddlu l-pjanu.
Trabba fl-ambjent ta’ pajjiżna u kien midħla tal-Każini
Mużikali tagħna li komplew kebbsu fih l-imħabba lejn l-arti
mużikali. Studja fil-Liċeo, fl-Universita’ u l-Universita’
ta’ Toronto ġewwa l-Kanada.
Huwa kien l-ewwel professur tal-mużika fl-Universita’ ta’
Malta. Franza onoratu bit-titlu ta’ Chevalier dans des Arts
et Letters. Huwa ukoll membru tal-RGPM, l-Ordna ta’ San
Ġwann u ta’ l-OUM.
Bena r-reputazzjoni tiegħu kemm f’Malta u kemm barra. L-interessi
tiegħu fil-mużika folkloristika Maltija wasslitu
għall-riċerka xjentifika aktar wiesgħa fil-mużika
Mediterranja, li hija riflessa b’mod sinjifikanti fix-xogħol
tiegħu.
Fl-eta ta’ 16-il-sena, Camilleri ippreżenta kunċert
bix-xogħlijiet tiegħu. Xogħlijiet oħra tiegħu li kienu
jinkludu mużika folkloristika Maltija, insemmgħu għall-ewwel
darba ġewwa Londra u l-Istati Uniti bejn l-1954 u l-1959.
Fl-1968 ittella’ kunċert bix-xogħlijiet tiegħu biss fil-London
Festival Hall u fl-Expo tal-Ġappun ta’ l-1970. Huwa semma’
għall-ewwel darba it-tieni kunċert tal-pjanu tiegħu,
il-kompozizzjoni tiegħu Missa Mundi, li kienet irrekordjata
mid-dita Decca ta’ Londra fl-1972. Fl-1987 it-tielet kunċert
tiegħu indaqq għall-ewwel darba f’Leningrad ġewwa l-Unjoni
Sovjetika u l-kunċert tiegħu għaċ-Cello kellu l-ewwel
rappreżentazzjoni fil-festival ta’ Helsinki l-Finlandja.
Aktar minn 150 xogħol mużikali tiegħu ġew ippubblikati minn
Novella, Boosey & Hawks, Lengnick u Roberton. Il-ktieb
tiegħu Meditterranean Music ġie ppubblikat mill-UNESCO u l-ktieb
The Folk Music of Malta ġie ppubblikat mill-Universita’ ta’
Malta. Lenginck ippubblika l-kotba tiegħu dwar l-improviżazzjoni
waqt li aktar minn 50 xogħol mużikali tiegħu huma
rrekordjati fuq CD.
Fost ix-xogħlijiet popolari ferm tiegħu insibu il-Malta
Suite li kiteb meta kien għadu lanqas qabeż it-18-il sena.
Fir-repertorju tiegħu nsibu ukoll l-opra Il-Wegħda, l-Oratorju
Pawlu ta’ Malta u x-xogħol The Maltese Cross.
Kien direttur artistiku tal-Malta Arts Festival, fundatur
tal-Malta International Choir Festival u direttur artistiku
tal- Valletta Festival. Miżżewweġ lil-Doris Vella u għandu
żewġ ulied.
Salvinu (Sonny) Brincau
Salvinu Brincau, magħruf aktar bħala Sonny, twieled
il-Ħamrun fit-18 ta’ Ġunju 1924. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola
primarja tal-Ħamrun u wara fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi,
B’Kara. Iżżewweġ lil Emily nee’ Ellul u kellu erbat itfal.
Peress li l-gwerra interrompitlu l-edukazzjoni tiegħu daħal
jaħdem bħala skrivan mar-Royal Air Force meta kellu 17 –il
sena. Mill-ewwel beda jieħu interess fix-xogħol
trejdunionistiku. Daħal membru l-ewwel fil-Ġeneral Workers
Union u wara f’Assoċjazzjoni ta’ l-iskrivani li l-Kwartieri
Ġenerali tagħha kienu fl-Ingilterra.
L-interess li beda jieħu fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’
sħabu wassluh biex ikun Segretarju ta’ RAF Branch u Asst.
Segretarju ta’ Area Council.
Fl-1969 ġie magħżul bħala Personnel Manager fil-Kumpanija
tax-Xatt, Malta Shipping and Laundry Co. llum il-Cargo
Handling Co. Ltd. Fl-1974 ġie magħżul bħala Segretarju tas-Supervisory
& Technical Staff Association tal-ĠWU, illum it-Taqsima
Servizzi u Professjonali tal-ĠWU. Bis-saħħa tal-pożizzjoni
li kellu kemm bħala Segretarju tal-ĠWU kif ukoll bħala
membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-ĠWU, kien jattendi lagħqat
u konferenzi kemm f’Malta kif ukoll f’ħafna pajjiżi barra
minn xtutna.
Bejn l-1981 u 1993 ikkontesta l-elezzjonijiet Ġenerali bħala
kandidat tal-Partit Laburista. Kien President tal-Każin
Laburista u Segretarju tas-Sezzjoni Kandidati u fl-Eżekuttiv
Nazzjonali tal-Partit Laburista. Wara li rtira minn
Segretarju tal-ĠWU bl-eta’, fl-1985 ġie elett fl-Eżekuttiv
ta’ l-Għaqda tal-Pensjonijiet tal-ĠWU u fil-Kunsill
Nazzjonali tal-ĠWU.
Serva bħala Kunsillier fl-ewwel żewġ Kunsilli Lokali Ħamrun
bejn l-1994 u l-2001. Matul dawn is-seba’ snin li għamel
bħala Kunsillier dejjem irsista u ħadem b’sens ta’dover.
Ħabrek bis-sinċerita’ kollha u b’dedikazzjoni kbira fix-xogħol
kollu li kien iwettaq lejn il-Kunsill, dejjem għal-ġid
tal-komunita Ħamruniża. Biżżejjed wieħed jgħid li ma kienx
ifalli ġurnata li ma jgħaddix sa’ l-Uffiċju tal-Kunsill biex
jaqdi id-dover tiegħu bħala Kunsillier.
Alfred (Alfie) Guillaumier
Alfred Guillaumier, magħruf aktar bħala Alfie twieled
il-Ħamrun fis-16 ta’ Lulju 1927 u ħa l-edukazzjoni tiegħu
fl-Iskola Primarja u fil-Liċeo. Mill-1961, inħatar membru ta’
l-Akkademja tal-Malti. Kiteb diversi kotba u rumanzi
popolari fosthom l-‘Isfigurat’ fl-1954, ‘Mifdija mill-Jasar’
fl-1958, ‘Isabella’ fl-1960, ‘Imħabba u Mrar”, il-Ħaqq
t’Alla, Taħt Saltna Rumana, Mifdija mill-Jasar, Liliana.
Kiteb ukoll żewġ kotba għat-tfal, il-Misteru ta’ l-Għadira’
fl-1976 u ‘Il-Misteru ta’ Kemmuna’ fl-1981. Storja oħra minn
din is-sensiela “Il-Misteru ta’ l-Imdina” li xxandret
fil-ktieb “It-Tużżana” li kien ħa l-ewwel premju
tal-letteratura għat-tfal. Kiteb ukoll “Damma ta’Idjomi
Maltin” bit-tifsir tagħhom u “Damma ta’ Proverbji Maltin-Ingliżi”.
Kiteb ukoll serial fuq ir-rediffusion (PBS) .li semmieħ
“Ix-Xirka tas-Seqer” li kien fih 26 episodju. Ktieb ieħor
“Il-Ħamrun Żvilupp ta’Seklu”. Huwa ttraduċa għall-Malti
il-ktieb klassiku Ingliż “Jane Eyre” ta’ Charlotte Bronte’.
Għandu wkoll għadd ġmielu ta’ novelli – ftit minnhom ġew
stampati fi ktieb bl-isem ta’ “Dun Katald u Ħrejjef Oħra, u
kitba oħra fuq suġġetti varji jinsabu mxerdin f’diversi
ġurnali. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn in-novelli u kitba nqraw
minn fuq il-mezzi tax-xandir u x-xandru wkoll fuq
il-gazzetta “Il-Berqa” li kienet toħroġ mill-Progress Press.
Fl-14 ta. Marzu, 2002, huwa rebaħ il-Premju Letterarju
għas-sena 2000 għar-rumanz “Rabta Ċoff”, imniedi mill-Ministeru
ta’ l-Edukazzjoni.
Huwa mill-ewwel membri ta’ l-Għaqda Letterarja Maltija sa
mill-bidu tagħha. Fl-1961 inħatar Membru Akkademiku ta’ l-Akkademja
tal-Malti. Minbarra dawn għandu bosta kitbiet oħra. Bla
dubju l-akbar xogħol tiegħu huwa ‘Bliet u Rħula Maltin’ li
jagħti tagħrif siewi dwar kull belt u raħal f’Malta, xogħol
li ħaddlu aktar minn 43 sena u għadu jaħdem fuqu sa llum, u
ġie stampat ħames darbiet. Ħafna storiċi jirreferu għalih u
li huwa referenza għal kull min irid ifittex xi nformazzjoni
dwar l-ibliet u rħula fil-Gżejjer Maltin.
Kien jaħdem bħala Deputat Reġistratur fil-Qorti
tal-Maġistrati ; miżżewweġ lil Marion nee Ventura u għandu
tifel wieħed --- Antoine.
Carmel Xuereb
Carmel Xuereb, magħruf aktar bħala l-Prefett Charlie,
twieled il-Ħamrun fil-5 ta’ Jannar 1935. Ha l-edukazzjoni
tiegħu fl-iskola Primarja tal-Ħamrun u wara fl-iskola
Teknika Mrieħel u fl-iskola St. Michaels.
Bejn l-1951 u 1956 studja bħala Apprentice fil-Fonderija
fid-Dockyard School u wara 5 snin jaħdem id-Dockyard, qatta
15 il-sena l-Ħamrun iqassam l-ittri u xi drabi jaqra ittri
għal dawk li ma kienux jafu jaqraw u wara ħadem 15 –il sena
oħra ġewwa l-branch bħala Mail Officer.
Kien għadu apprentice id-Dockyard meta fl-1951 ta’ 16 –il
sena, beda jgħallem id-duttrina fil-qasam ta’ Triq
Villambrosa li kien inkarigat mit-tagħlim tad-Duttrina fi
tlett żoni fil-Ħamrun, fil- Kappella tad-Duluri, fil-Knisja
tas-Samra u fil-Bini ta’ l-Isqof il-Blata l-Bajda.
Matul is-snin kien inkarigat minn diversi etajiet ta’ wara
l-Griżma, dawk ta’ formazzjoni, dawk tal-klassi Preparatorja,
mill-klassi imsejħa tal-Magħżulin u l-klassi ta’ l-Aspiranti.
F’dan il-perjodu kellu x-xorti jkun imżejjen bit-tagħlim
minn fomm il-Fundatur stess tal-Museum, il-Qaddis Ġorġ Preca.
Fis-17 ta’ Jannar 1956, inxtrat dar fi Triq San Gejtanu fejn
messu jitla’ jgħallem u fejn għadu jgħati l-kontribut tiegħu
sa llum. Minbarra dawn l-oqsma, kellu wkoll l-opportunita’
li għal ftit xhur jgħati daqqa t’id lil sħabu li jinsabu
fil-Kenja, l-Awstrija u l-Peru’.
Carmel ilu aktar minn 50 sena membru sħiħ fis-soċjeta tal-Museum
il-Ħamrun fejn ikkontribwixxa bla interessi u b’impenn serju
fil-qasam reliġjuż u soċjali b’ġieħ it-tfal Ħamruniżi.
Robert Gauci
Robert Gauci twieled il-Ħamrun fis-7 ta’Frar 1939 u ħa l-edukazzjoni
tiegħu fl-iskola Primarja tal-Ħamrun, l-British Government
School fl-Eġittu u wara fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara.
Iżżewweġ lill-Mary Doris nee’ Vella u kellu żewġt it-tfal.
L-ewwel impjieg tiegħu kien mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni
bħala għalliem fl-Iskola Primarja ta’ Isla. Fl-1959 ingħaqad
mar-Royal Air Force fil-linja ta’ Accounts fejn kien
stazzjonat f’ Ta Qali, Luqa, Safi u Ħal Far. Serva wkoll
f’diversi pajjiżi barra min Malta.
Waqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Royal
Air Force fil-Ġermanja ġie mogħti l-‘Commander in Chief’s
Commendation’ għas-servizzi tiegħu u f’Jannar 1983 ingħata
l-British Empire Medal mill-Majesta Tagħha r-Reġina ta’ l-Ingilterra.
Fl-1985 spiċċa mir-Royal Air Force u wara ħadem ukoll
Direttur ma Kumpanija Privata f’San Ġwann.
Huwa serva bħala Segretarju tal-Ħamrun Spartans qabel it-tluq
tiegħu minn Malta fl-1979 u għal darb’ oħra fl-1986
għal-perjodu ta’ tlett snin. Fl-1987 ġie elett bħala
Segretarju Ġenerali ta’ l-Għaqda Mużikali San Gejtanu fejn
ħadem bis-sħiħ għall-għaqda bejn il-parroċċi u l-Każini tal-Banda.
Serva bħala Kunsillier fl-ewwel Kunsill Lokali Ħamrun, fejn
ħadem b’dedikazzjoni kbira, dejjem għal ġid tal-Komunita’
Ħamruniża. Fl-1997 ġie nominat bħala l-ewwel President
tal-Kunsill ta’ l-Iskola Primarja San Ġorġ Preca.
Kien strumentali fl-organizzazzjoni tar-Royal Air Force
Association fejn stabbilixxa l-Kwartieri tiegħu fil-Każin ta’
Għaqda Mużikali San Gejtanu. Huwa ġie elett ukoll Chairman
tal-European Area Council tar-Royal Air Force Association
fl-1999 u Viċi President f’Mejju tas-sena 2004.
Għas-servizz u d-dedikazzjoni tiegħu favur ir-Royal Air
Force Association, fis-sena 2003 inħatar ‘Member of the
British Empire’ mir-Reġina Elizabetta 2.
Dr John Buttigieg
Dr John Buttigieg twieled il-Ħamrun nhar it-18 ta’ Ġunju
1945. Huwa iben l-ex President ta’ Malta Dr Anton Buttigieg
u Carmela nee Bezzina. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola
Primarja tal-Ħamrun u fil-Liċeo. Daħal l-Universita’ minn
fejn iggradwa fil- baċellerat ta’ l-arti u ħa dottorat
fil-Liġi.
Fl-1971 fl-eta ta’ 25 sena tela fil-Parlament l-ewwel darba,
u wara reġa tela fl-1976, fl-1881 u fl-1986. Bejn il-1981 u
l-1986 nħatar Chairman tal-Bank of Valletta. Okkupa ukoll
il-kariga ta’ Chairman tal-Bank Investcredit International
plc. Bejn il-1976 u 1981 huwa inħatar ukoll bħala membru ta’
l-Assemblea tal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Fil-1996 il-Gvern
ħatru bħala Ambaxxatur ta’ Malta fil-Kunsill ta’ l-Ewropa u
bħala Ambaxxatur għall-Olanda.
Fl-1983 wara l-mewt ta’ missieru Anton Buttigieg, inħatar
President ta’ l-Għaqda Mużikali San Gejtanu, kariga li għadu
jokkupa sa llum fejn jaħdem bis-sħiħ għall-għaqda bejn
il-Parroċċi u l-Każini tal-Banda.
Miżżewweġ lil Rose nee Camillieri u għandu żewġt itfal
Monika u Anton.
Salvino P. Zammit
Saviour magħruf aktar bħala Salvino twieled fit-8 ta’ Frar
1942 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris,
Gżira. Huwa jaħdem ma’ kumpanija lokali ta’ l-Assikurazzjoni.
Miżżewweġ lill-Doris nee Calleja u għandu żewġt itfal Simon
u Lucienne.
Ilu mil-eta ta’ sbatax il-sena jaħdem f’organizzazzjonijiet
u għaqdiet kulturali kemm nazzjonali kif ukoll fil-Ħamrun.
Huwa kien membru fundatur tal-Scouts Moviment, tal-Kulleġġ
ta’ Stella Maris. Fost il-karigi li okkupa fid-diversi
għaqdiet huwa kien membru tal-Moviment Azzjoni Kattolika sa
mill-1958, membru tal-kor tal-Ħamrun għal għaxar snin kif
ukoll Segretarju tal-Kunsill Ċiviku tal-Ħamrun.
Kien ħa ħsieb ukoll l-organizzazzjoni ta’ diversi
esibizzjonijiet fl-Għaqdiet u Organizzazzjonijiet ewlenin
fil-Ħamrun u kien membru tal-Kumitat Organizzativ
tal-Kommemorazzjoni tal-100 sena mit-twaqqif tal-Knisja
Parrokkjali San Gejtanu. Fis-sena 2000 ġie elett bħala
President ta’ l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni,
kariga li għadu jokkupa sa llum.
Lino Farrugia Sacco
L-Unur Tiegħu Lino Farrugia Sacco twieled fit-22 ta’ Awissu
,1949, u ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ St Albert u
fl-1969 iggradwa fl-Universita’ ta’ Malta. Fl-1972 huwa sar
Nutar Pubbliku u fl-1973 sar Avukat. Huwa serva bħala Avukat
għal-aktar minn seba’ snin, sittax il-sena bħala Maġistrat u
mill-1997 ‘l hawn bħala Imħallef. Huwa nħatar mill-Gvern ta’
Malta bħala Chairman ta’ għadd ta’ Bordijiet Investigattivi
u serva bħala Eżaminatur għal għadd ta’ sezzjonijiet
fil-Liġi Kriminali u Ċivili fl-Universita’ ta’ Malta.
Matul iż-żmien tiegħu fl-Universita’ Lino kien Manager ta’
Youth Club differenti, membru fundatur tal-Ħamrun Tennis
Club, Viċi President tal-Catholic Guild ta’ l-Universita’ ta’
Malta u segretarju ta’ Kumitat ta’ Universita’ dwar l-Eroj
Nazzjonali. Għal tliet snin huwa serva bħala Segretarju tal-Malta
Tennis Federation, fejn aktar tard inħatar bħala President.
Lino kien Viċi President tal-Ħamrun Spartans Football Club.
Fl-1988 huwa ġie elett bħala l-Ewwel Viċi-President
tal-Kumitat Olimpiku Malti u fl-1993 Viċi President
tal-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta;
l-Ewropa għall-Malta. Huwa kien kap ta’ Missjoni
tal-Kontinġent Malti fil-Logħob fil-Mediterran li saru fi
Franza fl-1993. Bis-saħħa tiegħu ġie introdott l-Logħob
għall-Istati Żgħar ta’ l-Ewropa għaż-Żgħażagħ fit-Tennis
fil-Kalendarju Internazzjonali tal-Federazzjoni tat-Tennis.
Fl-1996 huwa ġie elett Chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Fl-1999 huwa nħatar President tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Huwa maħtur mill-I.O.C. bħala membru tal-CAS u
mill-Commonwealth bħala membru tal-CABOS. Fl-1993 huwa
nħatar President tal-Għaqda tal-Mużikali San Ġużepp
fil-Ħamrun fejn ħadem bis-sħiħ għall-għaqda bejn il-Parroċċi
u l-Każini tal-Banda.
Huwa miżżewweġ lil Susan nee’ Laiviera u għandu żewġt subien
David u Steven.
Joseph Buġeja
Is-Sur Joseph Buġeja twieled fit-2 ta’ Jannar 1957 u ha l-edukazzjoni
tiegħu fil-Liċeo tal-Ħamrun. Huwa jaħdem għal rasu bħala
aġent ta’ l-importazzjoni u distributur.
Is-Sur Joseph Buġeja ilu snin jaħdem f’organizzazzjonijiet u
għaqdiet sportivi u soċjali fil-Ħamrun fosthom il-Ħamrun
Liberty fejn għal-ewwel kien player tal-football ta’ under
16 u under 18 u wara bħala player u Captain tat-team ewlieni
ta’ l-amateurs fejn rebaħ bosta unuri. Għal dawn l-aħħar
tletin sena ħadem ferm f’din is-Soċjeta’ kemm bħala membru
tal-Kumitat, Segretarju Ġenerali u anke President. Kien
bis-saħħa tiegħu li s-soċjeta xtrat il-fond ta’ 20, Triq
Kamelja, u kien il-moħħ wara l-bini tal-Każin ġdid fi Triq
Mile End. Hu l-instagatur u l-promotur ta’ l-iżvilupp
tal-festa San Gejtanu fin-naħiet tal-Blata l-Bajda. Reġa ta’
ħajja lis-Sezzjoni Festa fi ħdan l-akkwati u qiegħed jaħdem
biex dawn in-naħat jintramaw fuq l-istess stil tal-parti ta’
fuq ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp.
Huwa jgawdi stiema kbira mis-soċjetajiet kollha tal-Ħamrun
fejn ġie maħtur bħala President Onorarju ta’ l-Għaqda
Mużikali San Gejtanu u qiegħed iwettaq xogħol siewi f’
Għaqdiet oħra biex tirrenja l-għaqda u l-armonija.
Anselm Sciberras
Is-Sur Anselm Sciberras twieled fl-1966 u ħa l-edukazzjoni
tiegħu fl-iskola sekondarja tas-subien u fl-Universita’ ta’
Malta. L-ewwel snin tal-ħidma għamilhom fid-Dipartiment ta’
l-Edukazzjoni u għal dawn l-aħħar snin ħadem fil-Bibjoteka
Nazzjonali. F’Ġunju ta’l-2001 ġie mogħti Għotja ta’
Rikonoxximent mill-Onor. Prim Ministru, għall ħidma
b’interess u b’għan tanġibbli għal tisħiħ ta’ l-effiċjenza.
Fil-Ħamrun Anselm Sciberras ilu jagħti sehmu sa minn tfulitu.
L-ewwel kumitat li kien parti minnu kien dak ta’ l-abbatini
fil-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni. Ta’ sbatax –il sena
issejjaħ mill-Għaqda Mużikali San Gejtanu fejn serva l-kariga
ta’ Segretarju Ġenerali. Hu żamm dik il-kariga għal-tlett
snin u nofs fejn ħadem bi sħiħ biex jiżdied l-impenn
kulturali, għaqda u frott ta’ din il-Banda San Gejtanu.
Flimkien ma’ żgħażagħ oħra waqqaf il-Kummissjoni Żgħażagħ
Tamlin.
Anselm kien ta sehem qawwi biex jiġi iffirmat il-Kuntratt
għal-ġimgħa tal festa ta’ San Gejtanu bejn il-Knisja, u żewġ
Każini Mużikali ewlenin fil-Ħamrun. Dan wara li fl-1987
inqala ġlied kbir bejn il-partitarji taż-żewġ Każini fejn
kellha titwaqqaf il-festa ta’ San Gejtanu. Dan il-kuntratt
li għadu jgħodd sal-illum ħalla frott kbir tant li min dak
iż-żmien l-hawn l-affarijiet marru ħafna għal-aħjar u l-festa
naqset ħafna mit-tensjoni żejda.
Fl-1988 beda jaħdem bħala l-ewwel Segretarju Edukattiv
fil-Kumitat Laburista tal-Ħamrun. Għal xi żmien serva ukoll
fil-Kumitat tal-Festa tal-Parroċċa San Gejtanu u fill-Kunsill
taż-Żgħażagħ Tal Ġeneral Workers Union. Fl-1990 kien
avviċinat mill-Ħamrun Spartans F.C. u fi ħdan din l-Għaqda
Ħamruniza huwa ħadem għal sitt snin u nofs bħala Segretarju
Ġenerali fejn ħadem flimkien mas-Sur Victor Tedesco u oħrajn
biex intemm il-proġett tal-ground li nfetaħ f’Ottubru 1996.
Fl-1998 sa l-2003 reġa ngħaqad mal-Kumitat ta’ l-Għaqda
Mużikali San Gejtanu, din id-darba bħala Viċi President.
Sadanittant Anselm Sciberras serva bħala Kunsillier
Indipendenti fit-tieni Kunsill Lokali Ħamrun u kien
responsabbli mil-qasam tal-Kultura. Tul iż-żmien li serva
f’dan, aktar minn kollox fittex li jorganizza attivitajiet
bis-sehem ta’ l-Għaqdiet kollha tal-Ħamrun għaliex ra li dan
hu mezz għall-għaqda li għandu jintuża u jitħaddem. Huwa
kiteb bosta lirika, poeżiji sbieħ, drammi u ktieb li jismu
‘l-Alfabett Tiegħaj’.
Fl-2006 huwa reġa ngħaqad fil-Kumitat ta’ l-Għaqda Mużikali
San Gejtanu, fejn għal darb’ oħra qed jokkupa l-kariga ta’
Segretarju Ġenerali. Fil-perjodu meta l-Ħamrun Liberty
integraw magħhom grupp ta’ żgħażagħ biex jieħdu ħsieb l-armar
tal-festa għal-Blata l-Bajda huwa ta kuraġġ u kull għajnuna
possibbli lil dawn iż-żgħażagħ permezz ta’ pariri u idejat.
Luciano Busuttil
L-Onorevoli Dr. Luciano Busuttil twieled fil-31 ta’ Lulju
1974 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-kulleġġ Mt. Carmel. Huwa
kompla l-istudji tiegħu fl-Universita’ ta’ Malta fejn
fl-1999 iggradwa bħala Avukat.
Waqt il-perjodu ta’ l-istudji tiegħu bejn l-1997 u s-sena
2000 ħadem part-time bħala Ġurnalist kemm fuq ir-radju kif
ukoll fuq it-televiżjoni. Bejn l-1999 u s-sena 2000 ħadem
ukoll bħala full-time EU researcher.
Mill-1998 ‘l quddiem beda jaħdem bħala Avukat fil-Qrati
tal-Ġustizzja fil-Qasam Kriminali kif ukoll dak Ċivili fejn
filfatt intensifika l-prattika legali tiegħu.
Fl-2001 huwa ġie elett bħala Sindku tal-Ħamrun, liema kariga
baqa jokkupa sa meta fl-10 ta’ Mejju 2008 inħatar bħala
Deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti wara li ġie elett mill-Ewwel
Distrett Elettorali.
Waqt il-perjodu li serva bħala Sindku tal-Ħamrun huwa qeda
d-dover b’ ħila u b’ dedikazzjoni u ħa interess f’ dak kollu
li kien jolqot il-Ħamrun. Huwa mexxa l-Kunsill b’ għaqal u
ħadem ma’ l-Għaqdiet kollha Ħamruniżi biex kattar l-oqsma
sportivi, kulturali u soċjali fil-Ħamrun.
Miżżewweġ lill-Dorothy nee’ Fitzpatrick u għandu tifel
Gabriel.
John Farrugia
Is-Sur John Farrugia magħruf ma’ sħabu bħala “Ganton”
twieled il-Ħamrun fl-10 ta’ Frar 1924. Malli spiċċa l-edukazzjoni
tiegħu, huwa daħal rekluta mal-Forzi Armati fejn għamel l-ewwel
snin tiegħu bħala store officer man-Navy, Army and AirForce
Institute (NAAFI). Hawnhekk John kiseb esperjenza vasta fit-tmexxija
ta’ taqsima fin-NAAFI.
Din l-esperjenza u s-sens ta’ intraprenditur li kellu
flimkien ma’ determinazzjoni wittiet it-triq għall-ewwel
negozju tal-familja li waqqaf John, li kien jikkonsisti
f’ħanut żgħir tal-grocer fi Triq Villambrosa magħruf bħala
“Ta’ Ganton”.
Maż-żmien, il-motivazzjoni ta’ John ikontribwixxit biex huwa
jibda negozju ġdid ta’ trasport fejn irnexxielu jimla nuqqas
li kien hawn fis-suq billi kien iwassal lin-nies lejn l-Isptar
San Luqa u dak Militari tal-Imtarfa. Dan ġieli għamlu wkoll
mingħajr ħlas.
Is-servizz effiċjenti kien reklam fih innifsu u John spiċċa
popolari ħafna mar-residenti tal-lokal. B’hekk tista tgħid,
John ħa l-fama għall-ewwel servizzi ta’ trasport bix-xufier.
Il-kumpanija magħrufa bħala John’s Garage evolviet f’soċjeta’
kummerċjali li tipprovdi servizzi ta’ trasport għal tiġijiet,
funerali u saħansitra kisbet kuntratti għas-servizzi ta’
trasport għall-gvern, partikularment mad-Diviżjoni tas-Saħħa
kif ukoll għat-trasport ta’ uffiċjali oħra.
John kien tabilħaqq sors ewlieni ta’ impjieg għall-ħafna
familji, il-parti kbira minnhom mill-Ħamrun. Filfatt
il-kumpanija kabbret il-flotta ta’ vetturi bl-aqwa mudelli.
Is-servizzi ta’ din il-kumpanija ntużaw għal personalitajiet
distinti fosthom il-Papa Ġwanni Pawlu II, Pele, Elton John u
l-Presidenti George Bush u Mikael Gorbachev.
Matul dawn il-50 sena ta’ ħidma, John’s Garage stabbilixxa
ruħu u kiseb reputazzjoni ta’ livell għoli ta’ servizz u
affidibilita’ fejn John dejjem inżamm bi stima għolja
partikularment mill-ħafna familji Ħamruniżi li ħadmu miegħu.
John jibqa magħruf għall-ispirtu nisrani tiegħu fejn dejjem
kien minn ta’ quddiem għall-għajnuna lid-diversi
organizzazzjonijiet filantropiċi.
Miżżewweġ lill-Lucia u missier ta’ seba’ subien u erbat
ibniet.
Rose Attard
Is-Sinjorina Rose Mary Attard twieldet fit-3 ta’ Jannar 1950
u ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-iskola Primarja u l-iskola
Sekondarja Maria Assumpta, ġewwa l-Ħamrun.
Hija ħadmet għal 33 sena bħala‘Executive Secretary’
f’Lukanda.
Matul is-snin hija ħadmet ħafna fil-qasam tal-volontarjat
fejn mill-1979 serviet ta’ Segretarja Parrokkjali mad-diversi
Kappillani tal-Parroċċa San Gejtanu. Barra mix-xogħol
normali tal-uffiċċju hija tikkordina kull attivita` li ssir
fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu.
Rose, kif inhi aktar magħrufa mal-Ħamruniżi, ilha sa
mill-1958 membru fil-Legion of Mary u ilha mill-2008
Presidenta. Hija wkoll Segretarja fil-Kummissjoni Liturġija
Parrokkjali, membru fil-Kummissjoni Implimentazzjoni
tas-Sinodu u membru fil-Kunsill Pastorali.
Matul dawn is-snin, Rose Mary ħadmet dejjem għal ġid
tal-Parroċċa tal-Ħamrun biex dejjem tinżamm l-għaqda u l-paċi
fil-komunita`.
JOSEPHINE
ZAMMIT CORDINA M.Q.R. AM
Is-Sinjura Josephine Zammit Cordina bint Carmelo Gauci u
Carmen nee’ Zarb, twieldet il-Ħamrun fl-20 ta’ Novembru 1935
u ħadet l-edukazzjoni tagħha fis-St. Louis Grammar School,
Suez fl-Eġittu u fis-Secretarial College, Reading, fl-Ingilterra.
Josephine ħadmet bħala tajpista klerikali mar-REME Depot,
Arborfield, fl-Ingilterra kif ukoll aktar ‘l quddiem kienet
Segretarja ta’ Ginekologu f’David Bruce Military Hospital,
fl-Imtarfa. Iżżewġet lill-Harry Zammit Cordina nhar il-25 ta’
Awwissu 1957 u għandhom żewġt itfal Henry u Jacqueline.
Is-Sinjura Zammit Cordina hija magħrufa wkoll bħala attriċi
tal-palk u tat-televiżjoni. Ħadmet kull ġeneru ta’ palk
f’għadd ta’ teatri kif ukoll ħadmet partijiet prinċipali ta’
teleplays u teleserials. Barra minn hekk ħadet sehem f’għadd
kbir ta’ programmi fuq ir-radju. Josephine pproduċiet u
ppreżentat programmi fuq it-television fosthom insemmu
‘il-Boomerang’ u għal dawn l-aħħar 16-il sena, il-programm
socio-kulturali ‘Waltzing Matilda’ li jitratta dwar il-Maltin
fl-Awstralja. Bħala attriċi, Josephine kienet l-ewwel waħda
li dehret fuq SBS Television fl-Awstralja u ħadet sehem f’xi
films barranin miġbuda f’Malta.
Fl-1988 hija pproduċiet u ppreżentat sensiela ta’ 28
programm dwar il-Gran Mastri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann
f’Malta għall-SBS Radio Sydney. Fost l-oħrajn hija
ppreżentat serati nazzjonali u ta’ artisti barranin
mtellgħin f’Malta kif ukoll ħadet sehem f’akkademji u
kunċerti organizzati minn għaqdiet mużikali.
Mill-1988 sal-1991, is-Sinjura Josephine ġiet maħtura membru
tal-Bord taċ-Ċensura. Kienet membru tal-Kummissjoni għall-Maltin
ta’ Barra mill-1991 sa l-1994 u għas-sentejn ta’ wara kienet
maħtura Chairperson ta’ l-istess Kummissjoni. Fl-1996,
laħqet membru wkoll tar-Roots Programme mwaqqaf mill-Ministeru
għat-Turiżmu. Fis-sena 2000 ġiet maħtura bħala membru
tal-Bord of Governors tar-Radju San Vincens de Paule u anke
membru Onorarju tal-Maltese Australian Chamber of Commerce.
Matul dawn l-aħħar snin, Josephine ingħatat bosta
rikonoxximenti u onorafiċenzi b’għarfien għax-xogħol tagħha.
Fl-1993 ġiet onorata bil-‘Manoel de Vilhena Award’
mill-Harmonic 65 Cultural Centre ta’ Melbourne għall-ħidma
tagħha biex ixerred il-kultura Maltija fost l-emigranti
Maltin fl-Awstralja. Fis-sena 1995 il-Gvern Malti onorha
bl-għoti tal-‘Midalja Għall-Qadi tar-Reppublika (MQR)’
għall-ħidma tagħha lejn il-Maltin fl-Awstralja. Fit-28 ta’
Novembru 2003 ngħatat wieħed mill-ikbar unuri ta’ l-Awstralja
meta l-Gvernatur Ġenerali ħatarha ‘Honorary Member of the
General Division (AM) of the Order of Australia’ għall-ħidma
tagħha fl-iżvilupp ta’ relazzjonijiet kulturali bejn l-Awstralja
u Malta partikolarment permezz tax-xandir Malti.
Fl-2009 Josephine rebħet it-titlu tal-‘Best Supporting
Actress’ fil-Malta Television Awards.
Gaetano Cristina Gaetano Cristina twieled fis-27 ta’ Ottubru 1945. Huwa ha l-edukazzjoni tieghu fl-Iskola Primarja tal-Hamrun u fis-St Joseph Technical School, Rahal Gdid. Wara kompla l-istudji tieghu fil-Catering School, Msida. Il-professjoni ta’ Gaetano hija dik ta’ Lukandier fejn ghamel ukoll xi snin jghix l-Ingilterra jahdem f’dan il-qasam. Fil-prezent jahdem bhala konsulent ma’ kumpanija tal-Lukandi. Huwa membru tal-Hotel & Catering International Management Association u l-International Bartenders Association. Matul is-snin Gaetano dejjem impenja ruhu fil-qasam socjali. Filfatt huwa President Onorarju u Membru tal-Kummissjoni Banda San Guzepp, President Onorarju u Membru Fundatur tal-Maltese Bartenders Guild, Membru tal-Kumitat tal-Fondazzjoni Dun Nerik u mill-1999 President tas-Civic Club. Fl-2012, Gaetano inhatar ukoll bhala Ambaxxatur – Sena Ewropeja ghal Anzjanita’ Attiva. Mizzewweg lil Dorothy nee’ Zammit u missier ta’ zewgt itfal Susan Mandy (late) u Janet Marie kif ukoll huwa nannu ta’ tlieta.
Professur Raymond Mangion Il-Professur Raymond Mangion twieled il-Hamrun fil-25 ta’ Novembru 1959 u ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola Sekondarja tal-Marsa, fl-Universita’ ta’ Malta u wara fl-Universita’ ta’ Oxford, l-Ingilterra. Bejn l-1977 u l-1983 hadem f’negozju tal-familja kif ukoll bhala xandar. Huwa kiteb ukoll diversi scripts ghall-programmi relatati mal-istorja li xxandru fuq l-mezzi tax-xandir tal-istat. Huwa kien jirraprezenta l-Hamrun f’diversi quizes nazzjonali fejn mhux l-ewwel darba rebah. Fl-1981 huwa kien membru tal-Kumitat mahtur biex jikkommera l-100 sena minn meta l-Hamrun saret parrocca. Fl-1993 huwa sar Avukat filwaqt li fl-1997 kiseb Masters fl-Istorja u fl-2002 sar wie]ed miz-zewg persuni f’Malta li kiseb Dottorat tal-Filosofija fl-Istorja tal-Ligi mill-Universita’ ta’ Oxford. Fl-1993 huwa beda jahdem bhala Assistant Lecturer fil-Fakulta’ tal-Ligi fl-Universita’ ta’ Malta fejn wara lahaq Senior Lecturer u Associate Professor. Fl-1995 huwa kien strumentali meta assista lill-Librar tal-Arkivji Nazzjonali biex instabu files tal-Ufficcju General ital-perjodu mill-1921 sa l-1930 li kienu mitlufa. Il-Professur Mangion kiteb l-ewwel ktieb tieghu ‘Minutes of the Council of Government of Malta, 29 December 1935 to 13 August 1849’, fl-2010. Fl-2012 huwa ppubblika l-ktieb ‘Speakers’ Rulings in the Parliament of Malta – The Legeslative assembly 1921 – 1924’. Huwa kiteb ‘l fuq minn 85 bijografiji ta’ persuni internazzjonali, nazzjonali u lokali li twieldu l-Hamrun. Huwa mizewweg lil Joan nee’ Cassar u ghandu tifla Bernardette.
Dr. Anthony Zrinzo MD (Malta) NC (Munich) Dr Anthony Zrinzo twieled nhar it-22 ta’ Gunju tal-elf disa mija, disgha u hamsin fil-Floriana. Huwa ghex fi Triq il-Kbira San Guzepp, sal-1987, is-sena meta zzewweg. Ha l-edukazzjoni primarja tieghu fl-iskola St. Joseph l-Blata l-Bajda u kien iservi ta’ abbati fil-Parrocca Immakulata Kuncizzjoni tal-Hamrun. Dr. Anthony Zrinzo tghallem japprezza dak kollu li kellu grazzi ghal missieru, li b’mod regolari kien jiehdu fl-istitut ta’ Fra Diegu u fl-istitut tas-Sorijiet iz-Zghar fil-Hamrun. Il-papa tieghu kien benefattur ta’ dawn iz-zewgt idjar, fejn b’mod volontarju kien jiehu hsieb jamministra l-finanzji taz-zewg istituti. Sa minn eta’ zghira, Dr Zrinzo kien affaxxinat mix-Xjenza u kien propju fi zmien meta kien juza l-istess kamra tas-sodda ma’ huh il-kbir Laurence, li eventwalment sar l-ewwel Neuro Kirurgu Malti, li bidet tinbet ix-xewqa tieghu li jsir tabib. Fil-fatt, Dr. Anthony Zrinzo kompla bl-edukazzjoni tieghu fil-Liceo tal-Hamrun, u s-Sixth Form fl-Evans Building fil-Belt Valletta. Beda l-kors fl-Universita’ ta’ Malta fl-elf disgha mija tmienja u kien propju fis-7 ta’ April ta l-elf disgha mija, erbgha u tmenin li temm b’success l-istudji tieghu u ggradwa bhala Tabib. Fl-elf disa’ mija tnejn u tmenin, Dr. Laurence Zrinzo rritorna lura mill-Ingilterra u stabbilixxa l-ispjecalizzazzjoni tieghu fin-Neuro Kirurgija f’Malta. Kien propju dak iz-zmien li Dr. Anthony Zrinzo beda japprezza l-ispecjalizzazzjoni tan-Neuro Kirurgija. Matul is-snin ta’ wara, Dr. Anthony Zrinzo hadem f’bosta taqsimijiet medici u kirurgici, sakemm f’Gunju tal-elf disa mijja, sebgha u tmemin gie appuntat Senior House Office tan-Neuro Kirurgija. Matul is-snin ta’ l-elf disa mija, sebgha u tmenin u Mejju tal-elf disa mijja erbgha u disghin, Dr. Anthony Zrinzo kompla bl-istudji tieghu f’Kopfklinikum fl-Univerista ta’ Erlangen-Nuremberg, Germany. Matul dan il-perijodu, huwa kien akkumpanjat minn martu Salvina, fejn hi ukoll kompliet bit-training taghha fir-Radjologija f’Nuremberg. F’Ottubru tal-elf disa’ mijja, tlieta u disghin Dr. Anthony Zrinzo ggradwa bhala Neuro Kirurgu. F’Mejju tal-elf disa’ mijja, erba u disghin, rritorna lura Malta u beda jahdem bhala Senior Registrar fin-Neuro Kirurgija, sakemm fis-27 t’Awwissu tal-elf disa mijja, sitta u disghin gie appuntat Konsulent Neuro Kirurgi Minn mindu rritorna lura Malta, Dr. Anthony Zrinzo baqa’ dejjem jahdem fid-Dipartiment tas-Sahha.
Et Ray Azzopardi
L-Eċċellenza Tiegħu Ray Azzopardi twieled fis-27 ta’ Settembru elf disgħa mija u sitta u ħamsin (1956). Huwa ingħata l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tal-Ħamrun u ta’ Ħal Qormi , fis-Sekondarja tal-Imsida, il-Liceo tal-Ħamrun, Istitut Tekniku ta’ Raħal Ġdid u l-Polythecnic l-Imsida. Sa mit-tfulija huwa kien attiv fl-oqsma soċjali, kulturali u sportivi f’pajjiżna partikolarment fil-Ħamrun. Meta kellu biss tmien snin huwa beda jitgħallem il-Mużika mas-Surmast Joseph Abela Scolaro u mas-Surmast Nazzareno Mifsud, fejn sena wara kompla jitgħallem mas-Surmast Willie Attard Abel J Mizzi, mas-Surmast Paul Arnaud u kif ukoll mas-Surmast Carmelo Pace.
Bejn l-elf disgħa mija tmienja u sittin (1968) u l-elf u disgħa mija disgħa u sebgħin (1979) Ray Azzopardi kien idoqq mal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu u mal-Għaqda tal-Mużika San Gużepp. Wara, fl-elf disgħa mija u wieħed u sebgħin (1971) huwa waqqaf il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu u kien il-President tagħha sal-elf disgħa mija u erbgħa u sebgħin (1974). Fl-istess perjodu huwa beda wkoll il-Banda taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Banda San Gejtanu.
Fis-sena elf disgħa mija u tnejn u sebgħin (1972) Ray Azzopardi daħal membru tal-Orkestra Malta Żagħżugħa taħt is-Surmast Carmelo Abela. Bejn l-elf disgħa mija tlieta u sebħgin (1973) u l-elf disgħa mija ħamsa u sebgħin (1975) huwa kien ukoll jassissti lis-Surmast Karmenu Schembri fl-organizzazzjoni tal-Banda taż-Żgħażagħ tal-Għaqda Każini tal-Baned li kienet tiltaqà kull ġimgħa fil-Każin tal-Banda San Ġużepp il-Ħamrun. Fl-elf disgħa mija u tmenin (1980) huwa beda jipproduċi u jxandar il-programmi ta’ natura kulturali fuq Radju Malta. Bejn Ottubru tal-elf disgħa mija u wieħed u tmenin (1981) u Mejju tal-elf disgħa mija u sebgħa u tmenin (1987) huwa serva bħala Uffiċċjal għar-Relazzjonjiet Pubbliċi (PRO) tad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Ambjent.
Bejn l-elf disgħa mija tnejn u tmenin (1982) u l-elf disgħa mija u tlieta u tmenin (1983) Ray Azzopardi kien kordinatur flimkien mas-Sinjuri Geatan Debttista u Eddie Zammit Cordina fl-organizzazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Ħamsa u Sebgħin (75) Anniversarju mit-twaqqif tal-Ħamrun Spartans u r-rebħ tal-Kompjonat tal-fotball Malti fl-istess sena. Fl-elf disgħa mija tlieta u tmenin (1983) huwa kien il-kordinatur flimkien mas-Sur Anselm Sciberras għal jumejn ta’ xandir dirett fuq ir-radju u t-televiżjoni (TV) mill-Ħamrun Spartans, fejn mas-Sinjuri Josephine Zammit Cordina u Victor Galdes wasslu ċ-ċelebrazzjonijiet kollha li kienu qed iseħħu fit-toroq tal-Ħamrun. Barraminhekk, bejn l-elf disgħa mija u sitta u tmenin (1986) u l-elf disgħa mija u tmienja u tmenin (1988) Ray Azzopardi serva wkoll fil-Kumitat Organizzattiv tal-Ħamrun Spartans, li kien inkarigat mill-attivitajiet taċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-kampjonat tal-football Malti.
Ray Azzopardi kien wieħed mill-attibuturi sabiex fl-elf disgħa mija wieħed u disgħin (1991) flimkien ma’ personalitajiet oħra twaqqaf ir-Radju Super ONE, bl-ewwel xandira issir mit-toroq tal-Ħamrun fil-festa ta’ San Gejtanu. Bejn l-elf disgħa mija tnejn u disgħin (1992) u l-elfejn u tlettax (2013) huwa kien responsabbli mix-xandiriet speċjali fuq ir-Radju ONE matul il-ġurnata tal-Festa ta’ San Gejtanu. Dawn ix-xandiriet jibqgħu imfakkra għall-pjattaforma li ngħatat lill-artisti fi spettaklu flimkien ma’ personalitajiet Ħamruniżi, bis-sehem tal-Baned kollha tal-Ħamrun flimkein mal-Għaqdiet u Organizzazzjonijiet Kulturali, Sportivi, Reliġjużi u Politiċi kollha tal-Ħamrun u personalitajiet Ħamruniżi.
Bejn l-elf disgħa mija tnejn u disgħin (1992) u l-elfejn u tlettax (2013) Ray Azzopardi ipproduċa u ppreżenta l-programmi tar-Radju mill-Briju tal-Festi li kien jixxandar fuq Radju ONE kull nhar ta’ Sibt, bl-iskop li jingħata leħen lill-Għaqdiet tal-Mużika flimkien mal-Organizzaturi u l-Kumitati tal-festa. Bejn l-elf disgħa mija u erbgħa u disgħin (1994) u l-elf u disgħa mija u sitta u dsigħin (1996) Ray Azzopardi ipproduċa u ippreżenta l-programm tat-Televiżjoni (TV) Marċi, Murtali u Qaddisin, fejn fl-istess programm kien jitwassal ix-xogħol li jwettqu l-Għaqdiet u dawk kollha nvoluti, b’ħarsa fil-qosor kif tkun ukoll ġiet iċċelebrata il-ġimgħa tal-festa f’kull belt u raħal f’Malta u Għawdex.
F’Jannar tas-sena elf disgħa mija u erbgħa u disgħin (1994) huwa inħatar Senior Manager Radio u programmi Speċjali ma’ One Productions, liema kariga żammha s’Awissu tal-elfjen u tlettax (2013). Fis-sena elf disgħa mija u sebgħa u disgħin (1997) Ray Azzopardi inħatar Membru Onorarju tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu. Bejn l-elfejn u sitta (2006) u l-elfejn u għaxra (2010) huwa kien il-produttur eżekuttiv tal-programm Min-Niċċa ‘l Barra, maratona ta’ ħmistax –il siegħa xandir dirett fuq it-Televiżjoni. Il-programm Min-Niċċa ‘l Barra kien jirriċerka l-ħidma tal-Għaqdiet Soċjali, Sportivi, Kulturali u Religjużi kollha flimkien mal-personalijtajiet u l-poplu tal-lokal f’jum il-festa. Il-programm serva wkoll sabiex tkun esponuta l-antropoliġija Maltija. Fl-elfejn u għaxra (2010) huwa ippreżenta l-attivita’ li ttellgħet mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fl-inawgurazzjoni tal-Ġnien Oreste Chircop. Il-Ħamis tielta ta’ Lulju elfejn u erbatax (2014) Ray Azzopardi inħatar President Onorarju tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun waqt kunċert li sar taħt il-patroċinju tiegħu fil-ġranet tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. F’Awissu tal-istess sena, huwa nħatar membru Onorarju tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp tal-Ħamrun.
Matul is-snin tal-karriera tiegħu, Ray Azzopardi kellu l-opportunità li jifrex ħidmietu f’diversi oqsma multikulturali u filantropiċi kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn Malta. Huwa kien membru għall-diversi snin tal-Kumitat Festi Nazzjonali u tal-Malta Community Chest Fund. Huwa ppreżenta u kien fil-kumitat li beda Ring us Up b’risq il-Community Chest Fund u l-Istrina. Ray Azzopardi għin u ħa wkoll sehem bosta drabi fil-maratona ta’ mitt seigħa (100) tal-Volleyball tal-Kerygma, u l-maratona ta’ Puttinu Cares. Flimkien ma’ bosta artisti Maltin Ray Azzopardi żar Melbourne u Sydney sabiex jieħu sehem b’mod volontarju f’attivitajiet sabiex jinġabru fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Barraminhekk, bħala xandar Ray Azzoaprdi kellu motivazzjoni mhux biss li jwassal divertiment imma wkoll jinforma u jagħti tagħrif edukattiv, fejn f’bosta programmi li ħejja wassal informazzjoni fuq il-kura preventiva u ppromwova stili ta’ ħajja aktar sanà. Huwa kien ukoll promotur, bl-introduzzjoni ta’ programmi speċjali sabiex jgħin fil-ħdima sabiex il-pubbliku jkollu l-ħila jikkomunika ma’ persuni nieqsa mis-smiegħ b’tagħlim tal-lingwa tas-sinjali fuq it-televiżjoni, fejn bl-għajnuna tal-Assoċċjazzjoni għal dawk nieqsa mis-smiegħ, kien introdott l-Aħbarijiet fuq it-Televiżjoni għall-istess persuni.
Il-karriera ta’ Ray Azzopardi fid-Diplomazija bdiet uffiċċjalment fis-sebgħa ta’ Jannar elfejn u erbatax (2014) meta ppreżenta l-kredenzjali lill-Maesta Tiegħu ir-Re Phillippe tal-Belġjani, u nħatar Ambaxxatur ta’ Malta għar-Renju tal-Belgju. Fit-tmintax ta’ Ġunju elfejn u erbatax (2014) huwa ppreżenta l-ittra tal-ħatra tiegħu bħala l-Kap tal-Missjoni tar-Repubblika ta’ Malta għall-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO l-Eċċellenza Tiegħu Anders Fogh Rasmussen. Fit-tnejn u għoxrin t’April elfejn u ħmistax (2015) huwa ppreżenta l-ittri tal-kredenzjali lill-Altezza Rjali Tiegħu l-Prinċep Henri, Gran Duka tal-Lussemburgu u nħatar Ambaxxatur ta’ Malta għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Minn meta nħatar Ambaxxatur Ray Azzopardi ħadem sabiex jgħaqqad il-Komunità Maltija tal-Belgju u l-Lussemburgu, b’ diversi attivitajiet kulturali minn artisti Maltin f’Dar Malta fi Brussell. Bħala Ambaxxatur huwa ħadem sabiex Kor Malti (Il-Kor Amadeus) jirrappreżenta lill-Malta flimkien ma’ korijiet oħra minn pajjiżi nvoluti fl-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-Kunċert Elf u Sitt mitt Vuċi għall-Paċi li sar apposta fil-Bażilika tal-Belġju.Il-Kor Amadeus ta ‘kunċerti ukoll fil-Belt ta’ Neerpeelt, kif ukoll f’Dar Malta għall-Komunità Maltija li tgħix il-Belġju u l-Lussemburgu. Huwa rrappreżenta wkoll lil Malta fl-inawgurazzjoni ta’ muniti li kienu ordanti mill-Bank Ċentrali ta’ Malta sabiex jitfakkar –il mitt sena sena mill-Ewwel Gwerra Dinjija. F’Awissu tal-elfejn u erbatax (2014) Ray Azzopardi ħadem qatiegħ sabiex bl-għajnuna tas-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin, jaslu l-Belġju tmienja u erbgħin (48) atelti Maltin, sabiex jirrappreżentaw lil Malta fl-Olimpijadi Speċjali Ewropej li saru f’Antwerp. Ray Azzopardi ħadem ukoll sabiex jitħejjew laqgħat mar-Rettur u d-Dekani tal-Università ta’ Leuven u l-President ta’ Malta l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca meta żaret Brussell sabiex tieħu sehem fil-kommemorazzjonijiet uffiċċjali tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Barra minhekk Ray Azzopardi ħadem ukoll sabiex tibda topera lejn Malta l-linja tal-ajru Brussels Airlines u għaddej b’ħidma sabiex iħajjar aktar operaturi lejn pajjiżna. |