Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Storja
 > Popolazzjoni
 > Gieħ il-Ħamrun
 > Għaqdiet
 > Knejjes
 > Monumenti
 > San Gejtanu
 > Nies ta' Isem
 > Skejjel
 > Toroq
 > Attivitajiet
 > Ritratti Antiki

Ħamrun Table Football Club

Il-Ħamrun Table Football Club ilu mwaqqaf mill-1985 u llum għandu ‘l fuq minn 40 membru attiv ta’ etajiet differenti. Il-għan tal-club huwa li jippromwovi l-logħba tat-table football (magħrufa wkoll bħala ‘subbuteo’) billi jorganizza kompetizzjonijiet interni bejn il-membri kif ukoll billi jipparteċipa f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi ta’ timijiet.

Ma’ tul l-istaġun jiġu organizzati diversi kompetizzjonijiet fosthom il-kampjonat, kompost minn tliet diviżjonijiet, it-tazza tal-Milied, it-tazza tal-Għid u l-Ħamrun Trophy. Il-club għandu wkoll sezzjoni ddedikata sabiex trawwem u tħarreġ membri żgħażagħ taħt il-gwida ta’ ‘players’ b’esperjenza twila fil-logħba. Din is-sezzjoni ma’ tul is-snin ipproduċiet diversi Champions nazzjonali fil-kategoriji ta’ taħt it-12, il-15 u d-19-il sena. Il-club għandu wkoll l-unur li ċ-Champion mondjali preżenti ta’ ta]t it-12-il sena, Matthew Pace, huwa prodott tal-club. Il-logħob jintlagħab kull nhar ta’ Sibt ġewwa l-padiljun tal-basketball f’Ta’ Qali.

Din is-sena il-Ħamrun Table Football Club rebħu l-kampjonat nazzjonali tat-timijiet kemm fil-kategorija tal-kbar kif ukoll dik ta’ taħt id-19-il sena. Dan irnexxielhom jagħmluh wara li għelbu lil Valletta Subbuteo Club bl-iskor ta’ 2-0 fil-logħba deċiżiva, biex b’hekk rebħu l-kampjonat nazzjonali għad-disa’ darba fl-istorja tal-club.

Bir-rebħ ta’ dan il-kampjonat, il-club ikkwalifika għall-Europa Cup tat-timijiet li saret ġewwa Ateni fil-Grecja f’Ottubru ta’ din is-sena. Din il-kompetizzjoni hija ekwivalenti għaċ-Champions League tat-table football u din kienet l-ewwel darba li tim Malti ipparteċipa f’din il-kompetizzjoni li fiha pparteċipaw 24 tim minn madwar l-Ewropa u l-club tal-Ħamrun spiċċa fit-18-il post li huwa riżultat inkoraġġanti meta tqis li l-club kien fl-iktar grupp iebes tal-kompetizzjoni u xorta ġab rebħiet tajbin kontra timijiet stabbiliti bħal ma huma Olympia tal-Greċja, Cardiff ta’ Wales, Yorkshire tal-Ingilterra u FTC Issy ta’ Franza.

Websajt: http://sites.keyworld.net/hamruntfc/DefaultNew.aspx


 
 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt