Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Storja
 > Popolazzjoni
 > Gieħ il-Ħamrun
 > Għaqdiet
 > Knejjes
 > Monumenti
 > San Gejtanu
 > Nies ta' Isem
 > Skejjel
 > Toroq
 > Attivitajiet
 > Ritratti Antiki

Hamrun Spartans FC Youth Nursery 

Dan l-istaġun, il-Ħamrun Spartans FC Youth Nursery dieħla fil-21 sena mit-twaqqif tagħha. Kien il-mibki Tony Bajada, li, flimkien u bl-għajnuna ta' Noel Attard u Charles Xuereb, f'Diċembru ta' l-1987 ġietu l-idea li jifforma Nursery tal-football fil-Ħamrun, bil-ħsieb li jipprepara u jtella' players għat-Team tal-Kbar li f'dik l-epoka kien għaddej fl-aqwa tiegħu.

Minn numru ta' xi madwar 40 player li n-Nursery bdiet biħ 20 sena ilu, illum jattendu xejn inqas minn 260 tifel u tifla bejn l-eta ta' 5 u 19 –il sena. Minn fost il-players li għaddew min-Nursery, kienu bosta li għamlu l-grad, kemm ma l-Ispartans kif ukoll ma' clubs oħra madwar Malta u man-Nazzjonal. Matul iż-żmien, in-Nursery għaddiet minn diversi problemi f'dawk li huma grounds għat-taħriġ, saħansitra, għal żmien mhux ħażin, kienu ristretti li jittrenjaw fuq it-tarmak tal-Liċeo tal-Ħamrun. Dawn id-diffikultajiet qatt ma qatgħu qalb Tony Bajada u sħabu li dejjem għamlu minn kollox biex in-Nursery tal-Ħamrun tkompli tikber għal dik li hi illum. L-istaff tekniku li mexxa t-taħriġ tan-Nursery, matul dawn l-għoxrin sena dejjem kien ta' l-aqwa livell fejn għen mhux ftit għas-suċċessi miksuba.

Wara li fil-bidu tagħha n-Nursery kienet tlaqqa' t-tfal fiċ-Ċentru li kien fi Triq Mile End, tlett snin ilu imxiet għal post li qed topera minnu sal-llum il-ġurnata, fi Triq Alexander, Ċentru li bix-xieraq hu msemmi 'Ċentru Tony Bajada'. Dan iċ-Ċentru fil-futur qarib se jiġi rinnovat u mkabbar biex ikun jista’ jilqa' iktar żagħżagħ Ħamruniżi li kull ma jmur qed jiżdiedu.

Xi ħaġa oħra li qed iżżid fil-popolarita tagħha fin-Nursery tal-Ħamrun hija n-numru ta' bniet u tfajliet li qed jingħaqdu membri bil-ħsieb li jerġa' jiġi ffurmat it-team tal-Ħamrun tan-nisa.
L-istorja tibqa' hemm, iżda kif jgħidu kollox jinbidel maż-żminijiet. Issa, nistgħu ngħidu, li minn dan l-istaġun, it-tfal u l-players kollha rreġistrati man-Nursery tal-Ħamrun se jkollhom għax ikunu kburin bil-kuluri li jħaddnu, peress li minnbarra l-Pitch 5-a-side Sintetiku se jkollhom l-opportunita li jittrenjaw fuq il-Pitch Sintetiku ġdid tal-Victor Tedesco Stadium.


 
 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt