Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Storja
 > Popolazzjoni
 > Gieħ il-Ħamrun
 > Għaqdiet
 > Knejjes
 > Monumenti
 > San Gejtanu
 > Nies ta' Isem
 > Skejjel
 > Toroq
 > Attivitajiet
 > Ritratti Antiki
Il Ferrovija

Fit-28 ta’ Frar, 1883, ġiet inawgurata l-ferrovija mill-Gvernatur Borton b’medda li tibda minn taħt il-bieb ta’ Putirjal mill-foss in-naħa tal-Karozzi ta’ Tas-Sliema, u tispiċċa sa l-Imtarfa ftit ‘l isfel mill-Villa Rumana fejn għadu wieqaf sa llum l-istazzjon tagħha. Din il-ferrovija, li kienet mostru f’għajnejn Maltin, kienet tgħaddi minn taħt il-Furjana, tibqa’ ħierġa mill-ġenb ta’ Bieb il-Bombi, tgħaddi min fuq pont tal-ħadid li kien tneħħa meta ġew il-karozzi, tibqa’ għaddejja dritt minn qalb ir-raba’ u tieqaf il-Ħamrun – l-ewwel stazzjon tagħha. L-istazzjon tal-Ħamrun, li kien l-istazzjon ċentrali, għad illi kellu l-istess tifsila ta’ l-oħrajn, kellu miegħu ‘workshop’ għat-tiswija tal-magni, imħażen tal-faħam u stazzjon bl-impjegati kollha. Meta l- ferrovija kienet tieqaf fil-għaxija l-Belt, il-vaguni kienu jitħallew fil-mina li kienet tħaffret apposta, u l-magna kienet tintrefa’ l-Ħamrun biex il-għada kemm tmur il-belt u taqbad il-vaguni warajha. Illum dan il-lokal jinsab f’idejn l-impriża tal-ħalib, u fejn qabel kien l-istazzjon jinsab f’idejn il-Boy Scouts tal-Ħamrun.

Sa ftit tas-snin ilu kien għadu wieqaf il-bieb prinċipali b’żewġ sulari, imma biex kienu wessgħu t-triq, waqqgħuh u b’hekk tlifna biċċa sabiħa minnu. Minn hawn il-ferrovija kienet taqbad triqtha lejn Birkirkara, li hu t-tieni stazzjon. Biss, qabel ma tasal, kienet tgħaddi minn fuq pont quddiem il-knisja ta’ San Franġisk, fejn kien hemm il-kamra tar-raġel tal-bandiera. Dan ir-raġel kien iżomm bandiera f’idu u meta tkun riesqa l-ferrovija, kien ixejjer il-bandiera biex in-nies toqgħod ‘il bogħod. Billi biż-żmien bdew deħlin il-karozzi tal-linja u kienu komdi aktar, din il-ferrovija fil-31 ta’ Marzu, 1931, ma baqgħetx taħdem aktar u żarmat, baqa’ biss l-istazzjonijiet tagħha li kollha barra wieħed għadhom wieqfa.

 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt