F.Ż.L. Hamrun
Il-F.Ż.L.
Ħamrun jew aħjar il-Forum Żgħażagħ Laburisti Ħamrun hija
fergħa attiva ferm taż-żgħażagħ tul dawn l-aħħar snin, li
kull ġimgħa jiltaqgħu fiċ-ċentru tal-Partit Laburista
tal-Ħamrun. F’din il-fergħa jista’ jidħol kulħadd ta’ kull
twemmin reliġjuż, kulturali u sess bejn l-14 u il-30 sena li
naturalment jaqbel mal-prinċipji ta’ politika ta’ din l-organizzazzjoni.
Din il-għaqda għadna relazzjonijiet tajba ħafna ma’ għaqdiet
Maltin u barranin, tant li kull sena tkun mistiedna minn
diversi għaqdiet barranin għal ‘youth seminars’. Uħud mill-pajjiżi
li l-membri ta’ dan il-forum attendew għalihom huma Franza,
l-Italja, l-Polonja, it-Turkija, Slovenja, Ċipru u oħrajn.
Is-sena li għaddiet dan il-forum organizza seminar
internazzjonali ġewwa Malta bit-tema ‘All Equal All
Different’, li għalih attendew ħames pajjiżi barranin.
Parti mix-xogħol ta’ din il-fergħa huwa li naraw xi problemi
jiffaċċjaw iż-żgħażagħ fil-ħajja ta’ llum, nippruvaw insibu
soluzzjonijiet b’ideat ġodda u nwassluhom għand l-amministrazzjoni
tal-Partit. Għan ieħor huwa li nressqu aktar żgħażagħ u nies
ġodda lejn il-Partit Laburista, inħeġġuhom jipparteċipaw u
jwasslu l-opinjoni flimkien il-ħsus il-poplu. Membri ta’ dan
il-forum jieħdu taħriġ dwar edukazzjoni politika u
jipparteċipaw f’diversi diskussjonijiet kemm fuq ir-radio u
t-televiżjoni. Minn żmien għal żmien jiġu organizzati
diversi attivitajiet soċjali u kulturali għall-membri. |