|
Father Fortunat Valletta: 1881-1895
Father Fortunat Valletta minn Birkirkara kien l-ewwel
kappillan għall-parroċċa ta’ San Gejtanu. Huwa laħaq
qassis fl-1859 u kien iqaddes fil-kapella ta’ Portu
Salvu fil-Ħamrun. Kien żmien meta l-popolazzjoni
tal-Ħamrun bdiet tikber f’daqqa. Mal-komunita ta’
dak iż-żmien ħass il-ħtieġa li għandha tinbena
Knisja ġdida u akbar fil-Ħamrun. Ma kinetx sorpriza
li l-Isqof għamel lilu l-ewwel Kapillan għax-xogħol
kbir li wettaq biex din il-knisja titlesta.
|
|
Father Joachim (Dun Ġwakkin) Grech 1896
Dan il-kappillan ma tantx dam kappillan ta’ din
il-paroċċa. Fil-fatt kull ma dam kien 3 xhur biss
għax mar Arċipret fil-Knisja tal-Birgu. |
|
|
Dun Ġużepp
Muscat : 1896-1928
Dun Ġużepp Muscat kien mir-Rabat u dam kappillan 31 sena,
mit-30 ta’ Diċembru 1897 sat-8 ta’ Diċembru 1928. |
|
|
Dun
Gejtanu Mifsud : 1929-1933
Dan il-kappillan, li kien iġib l-istess isem
tal-qaddis ta’ din il-parroċċa, San Gejtanu kien
mill-Belt Valletta. Dam kappillan mit-30 ta’ Ġunju
1929 sa 30 ta’ Awissu 1933. |
|
|
Dun Nerik
Cordina Perezz : 1934-1956
Dun Nerik Cordina Perezz kien l-ewwel Kappillan li kien
mill-Ħamrun. Qabel sar kappilan f’din il-paroċċa kien
kappillan fin-Naxxar. Fi żmienu nbniet il-kopla tal-knisja
ta’ San Gejtanu. Ftit wara li sar Monsinjur miet. Dam
Kappillan tal-Ħamrun mil-19 ta’ Awwisu 1934 sa 30 ta’
Settembru 1956. |
|
|
Dun
Mattew Chircop : 1957-1978
Dun Mattew Chircop mill-Marsa laħaq qassis fis-19 ta’
Ġunju 1943. Wara li serva f’din il-parroċċa bħala
qasis, in]atar kappillan fit-22 ta’ Jannar 1957. Fi
żmienu tkompla ix-xogħol ta’ tisbieħ ġewwa il-knisja
San Gejtanu. Laħaq Monsinjur fit-30 ta’ Diċembru
1979. |
|
|
Dun Guzepp
Pace : 1979-1991
Bħal dak ta’ qablu, Dun Ġużepp Pace kien mill-Marsa u beda
fil-parroċċa bħala qassis. Laħaq kappillan 28 ta’ Jannar
1979. F’dan iż-zmien il-Knisja San Gejtanu `ċelebrat għeluq
il-100 sena bħala parroċċa. Fl-1991 huwa laħaq Arċipriet
tal-Furjana. Minn hemm, fl-2006 reġa’ lura fil-Ħamrun biex
jieħu ħsieb il-knisja tal-Madonna tas-Samra. |
|
|
Dun
Pawl Camilleri : 1992-
Dun Pawl Camilleri ħadem bis-sħiħ għall-għaqda ġewwa
l-Ħamrun. Huwa żgur jibqa’ mfakkar fost il-ħafna
xogħol li għamel, meta ta bidu fuq ix-xogħol ta’
restawr tal-kappella ta’ Portusalvu li kienet fi
stat ħażin ħafna. |
|
|
Dun Pawl
Fenech
Dun Pawl Fenech, il-kappillan preżenti ta’ din il-parroċċa,
tgħammed fiha ukoll. Wara li tlesta r-restwar fil-kappella
ta’ Portusalvu, Dun Pawl fetaħha bħala proġett
għall-adorazzjoni perpetwa. Dun Pawl, fost ħafna affarijiet
ta ġid għal din il-paroċċa, beda ċ-ċelloli parrokkjali
fil-paroċċa tagħna. |