Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Membri tal-Kunsill
 > Ufficcju Amministrattiv
 > Kunsilli Preċedenti
 > Proġetti mill-Kunsill
 > Telefons dwar Rapporti
Minn Christian Sammut

L-Ambjent

L-ambjent, l-ikbar sfida li għandu quddiemu l-bniedem. L-ambjent ta’ madwarna li għal tant snin twal qatt ma tajna każ il-ħsara li qegħdin nagħmlu kif ukoll kemm għad irridu npattu l-ħsara li għamilna matul is- snin. Fil-lokal tagħna l-ambjent huwa l-ikbar sfida li għadna quddiemna għall-futur. Sfidi li kif tkun ħa taqbad tiprova tara x’tista tagħmel faċilment li tispiċċa taqbad taqta’ qalbek u tieqaf qabel biss tkun bdejt.

Problema li jekk mhux kulħadd ħa jagħti s-sehem tiegħu se tkompli tikber u aktar tkun problema biex din xi darba tmur għall-aħjar. L-Ħamrun kiber f’daqqa u bla pjan, kiber b’mod li ma tħallewx spazji miftuħa u nqered kull ambjent li xi darba kellu. Sfortunatament anke l-arja mhix waħda tajba bil-bosta ċmieni u traffiku li ħamġu l-arja u l-bini tagħna matul dawn is-snin.

Ilum ninsabu f’sitwazzjoni li minħabba l-istat ħażin tal-ambjent li għandna l-popolazzjoni tagħna qiegħda dejjem tikber fl-eta’ u tonqos fl-ammont. Il-Ħamrun m’għadux jiġbed nies bħal passat biex jiġu nies ġodda joqgħodu fih kif ukoll min jiżżewweġ jibqa’ joqgħod hawn. Sitwazzjoni li jekk mhux ħa nindirrizaw b’serjeta u naraw x’ inhuma l-fatturi se jkollna iktar problemi fejn se jkomplu jiżdiedu d-djar vojta fil-Ħamrun u bla dubju d-dehra tad-djar tagħna tkompli tikrieħ u aktar nies jagħżlu li jmorru joqgħodu f’postijiet oħra.

Tgħiduli aħna x’nistgħu nagħmlu? Fil-verita ma hemmx xi eluf ta’ soluzzjonijiet, iżda xi ftit għajnuna u bidla nistgħu nagħmluha flimkien. Nistgħu naraw kif postijiet oħra irnexxilhom jagħmlu qabża u nimxu fuq il-passi tagħhom. Bħalissa l-kunsill għaddej bi proġett importanti li jista’ jgħin bis-sħiħ il-lokal tagħna biex verament nagħmluh ferm aħjar milli hu llum il-ġurnata. B’dan il-proġett se nkunu qed niddentifikaw l-problemi li għadna u s- soluzzjonijiet li jistgħu jsiru biex jitjiebu l-affarijiet.

Il-Kunsill Lokali Ħamrun fiż-żmien li ġej ħa jaħdem fuq żewġ inizjattivi. Inizzjativa minnhom se tkun billi se jagħmel diversi qsari f’ċertu postijiet fuq il-bankini fil-Ħamrun biex tisbieħ id-derha tat-toroq tagħna, kif ukoll ħa jagħmel ħiltu biex ir-roundabouts, il-ġonna u l-pjazzez tagħna jkunu msebħin bl-aħjar mod possibli.

L-inizjattiva l-oħra se tkun billi applikajna għall-fondi biex inkunu nistgħu nagħmlu diversi inizjattivi biex il-lokalita tagħna tkun waħda aktar nadifa mil-llum. Fil-fatt ser issir kampanja edukattiva billi se jitqassam flyer f’kull dar fil-Ħamrun b’informazzjoni dwar fejn huma l-bring in sites fil-Ħamrun, ħinijiet tal-ġbir tal-iskart, informazzjoni dwar il-bulky refuse, kif għandu jiġi separat l-iskart u affarijiet oħra. Se jitwaħħlu wkoll diversi bins f’postijiet li jintrema ammont ta’ skart ma’ l-art biex b’hekk inkunu nistgħu nżommu aktar ndafa fit-toroq tagħna. Il-Kunsill flimkien ma l-għaqdiet tal-Ħamrun se naħdmu fuq inizzjattiva sabiex inqajmu kuxjenza ġol-lokal tagħna dwar l-importanza ta’ l-indafa anke tal-vetturi tagħna. B’hekk ser norganizzaw attivitajiet ta’ Car Wash Days biex waqt li nqajmmu kuxjenza l-għaqdiet Ħamrunizi jilqgħu donazzjonijiet mingħand in-nies biex umbgħad bihom ikunu huma wkoll jistgħu jagħmlu inizjattivi fl-għaqda tagħhom favur l-indafa u fil-lokal tagħna.

Il-Ħamrun huwa tagħna, huwa l-post fejn trabbejna u fejn ngħixu. Huwa mportanti li naħdmu u nibżgħu għal-affarijiet li jsiru biex l-ħajja tagħna tkun tista’ titjieb u ngħixu f’ambjent aħjar.


Christian Sammut
chrissam@global.net.mt
79592946

 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt