|
Rapporti
dwar ħsarat ta’ bozzoz
Meta persuna tirraporta ħsarat ta’ bozzoz huwa mitlub li
jindika t-triq fejn tinsab il-bozza, in-numru tal-bozza kif
ukoll fuq liema bieb tinsab il-bozza. Huwa importanti wkoll
li min jirraporta jgħid jekk il-bozza hix mitfija jew jekk
itteptipx.
Rapporti dwar ‘leakages’ ta’ ilma
Rapporti li jsiru lill-Kunsill dwar leakages ta’ ilma jiġu
rraportati lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma mill-istess
Kunsill. Il-Kunsill ma jkollu ebda kontroll dwar meta it-tiswijiet
isiru u għaldaqstant huwa suġġerit li min jagħmel lment
f’dan ir-rigward jirraporta ukoll l-istess Korporazzjoni
għas-Servizzi ta’ l-Ilma fuq 8007 2222.
Rapporti relatati ma’ każijiet sanitarji
Rapporti li jsiru lill-Kunsill dwar każijiet sanitarji jiġu
rraportati lill-Uffiċċju tas-Sanita, Ħamrun. Il-Kunsill ma
jkollu ebda kontroll dwar meta jiġu investigati dawn
ir-rapporti u għaldaqstant huwa suġġerit li min jagħmel
lment f’dan ir-rigward jirraporta ukoll lill-istess Uffiċċju
tas-Sanita fuq 2125 0809.
Il-Kunsill jixtieq jinforma lir-residenti li l-manutenzjoni
tad-Drainage Inspection Box Covers hija dik tas-sid tar-risidenza
kkonċernata u rapporti f’dan ir-rigward għandhom isiru
direttament lill-Uffiċċju tas-Sanita.
Rapporti relatati ma’ ksur ta’ Liġijiet
Rapporti li jsiru lill-Kunsill dwar każijiet relatati ma’
ksur ta’ liġijiet jiġu rraportati lil-Għassa
tal-Pulizija,Ħamrun. Il-kunsill ma jkollu ebda kontroll dwar
meta jiġu investigati dawn ir-rapporti u għaldaqstant huwa
suġġerit li min jagħmel lment f’dan ir-rigward jirraporta
ukoll lill-istess Għassa tal-Pulizija fuq 2122 4266. |
|
|
|