Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Membri tal-Kunsill
 > Ufficcju Amministrattiv
 > Kunsilli Preċedenti
 > Proġetti mill-Kunsill
 > Telefons dwar Rapporti
Minn Carmen Borg

Hidma sfieqa u kontinwa

Bil-ghajnuna t’ Alla bdejna sena ohra fejn komplejna mexjin bil-hidma taghna fost ic-cittadini tal-Lokal.

Edukazzjoni u Librerija

Bi pjacir nghid li ghall-ewwel darba, qed inniedu l-konkors ‘Qalb San Gorg Preca’ fejn ser jigi/tigi premjat/a tifel jew tifla Hamruniz/a li jkun/tkun wera/wriet xi gest nobbli lejn min hu anqas ixxurtjat minnhu/minnha. Sejra ssir fis-26 ta’ Mejju li jahbat ukoll il-Jum Dinji tat-tfal.

• Bhal issa ghaddej ukoll il-kors ta’ l-arti ghat-tfal, fejn it-tfal qed juzaw ahjar il-hin liberu taghhom.

• Il-Kunsill ghandu mahsub ukoll kors specjali tal-computers ghat-tfal bejn is-6 u 11 –il sena ghal waqt il-vaganzi tas-sajf. Dan ser ikun holqa bejn l-istudju akkademiku ta’ l-iskola u attivita’ fuq il-computer. Dalwaqt ser tintbghat leaflet f’ kull dar b’ aktar informazzjoni.

• Bhala wahda mill-attivitajiet ghal ‘Jum il-Hamrun’, ftahna 2 kompetizzjonijiet ghat-tfal ta’ l-iskejjel primarji ghaz-zghar mill-kindergarten sat-tielet sena cut & paste dwar l-ambjent u ghat-tfal mir-raba’ sas-seba’ sena kitba dwar ‘San Gorg Preca – kieku kellu jghix illum’.

• Bhal issa wkoll qed jippjanaw xi hargiet kulturalu ghat-tfal, izda nixtiequ aktar tfal jiehdu nteress f’ hargiet bhal dawn. Il-kumitat tieghi ser ilesti lit-tfal leaflet b’ taghrif dwar dak li nkunu ser inzuru fil-harga, filwaqt li bibita ma tonqosx ukoll.


Il-Librerija fi hdan il-Kunsill Lokali Hamrun

Bi pjacir kbir nghid li l-librerija miexja b’ rittmu tajjeb fejn aktar u aktar nies qed jaghmlu uzu mill-kotba, kemm ghall-qari, kif ukoll ghal xi ricerka biex isiru l-projects fl-iskejjel. Komplejna zidna fix-xiri ta’ kotba godda ghall-etajiet kollha. Il-librerija issa qed tiftah kuljum.


Kultura

• Wara li l-Mepa harget il-permess biex issir l-istatwa tant mistennija ta’ San Fidiel li ser titpogga fit-triq bl-istess isem, issa ghandi pjacir nghid li din l-istatwa qed tinhadem minn artist zghazugh promettenti. Hu mahsub li din titlesta f’ Ottubru li gew, fejn imbghad issir l-inawgurazzjoni specjali taghha.

• Sadanittant, qeghdin f’ tahdidiet finali biex naraw kif ser ikun l-ahjar mod li jsiru lapidi li ser jitwahhlu hdejn siti storici fil-Hamrun.


Nisa, Anzjani, Persuni b’ dizabilita’ u aspetti socjali

Minbarra li nghinu mill-ahjar li nistghu persuni ndividwali li jitolbu l-ghajnuna taghna, saru diversi hargiet ghall-familji fil-Hamrun u ghandna ohrajn ippjanati ghax-xhur li gejjin – bhal dik ta’ ‘Jum l-Omm’ u dik ta’ ‘Jum il-Missier’. Fost il-hargiet ta’ din is-sena, kellna l-harga kulturali tal-gimgha l-kbira fejn zorna lokalitajiet li jorganizzaw attivitajiet marbuta ma’ din il-gurnata. Kellna wkoll harga ta’ kwazi gurnata gewwa l-Imdina u l-Imgarr biex nawguraw zmien ir-Rebbiegha, kif ukoll organizzajna xi ikliet u xi tombli.

• Bhalissa il-kumitat tieghi ninsabu herqana nhejju ghall-wirja annwali ta’ artiggjanat u passatempi ohra – ‘Hidmet il-Hamrunizi’, fejn naghtu cans lic-cittadini Hamrunizi juru x’ jafu jaghmlu lill haddiehor, u talenti l-Hamrun ghandna bil-bosta tafux!. Din hija r-raba sena li ser tittella’ din il-wirja. Min jixtieq jiehu sehem ghandu jikkontattja lill Kunsill Lokali taghna.

Illum ma rridx ninsa nsemmi lis-Sinjorina Christianne Fenech, studenta tal-Junior College li f’ dawn l-ahhar hames xhur hadmet maghna biex intejbu l-attivitajiet socjali tal-Kunsill Lokali billi ghamlet ricerki qabel ma nzuru xi postijiet kulturali, hejjet leaflets biex inghataw lill-anzjani waqt il-hargiet ecc. Apparti l-ghajnuna li tat lilna, dan ix-xoghol serviha biex thejji progett dwar Responsible Citizenship ghall-wahda mill-materji li I tistudja. Christianne minn qalbi nirringrazzjak u nawguralek kull success.

Qabel ma nispicca nixtieq minn qalbi nirringrazzja l-membri tas-Sotto Kumitati kollha tieghi li jahdmu mieghi bil-qalb f’ kull dak li jkun mehtieg isir biex flimkien naraw kif nistghu intejbu l-hajja tal-poplu fil-lokal ghaziz taghna.

Lil poplu Hamruniz nghidlu – biex jiehu nteress f’ dak kollu li jsir fil-lokal biex b’ hekk il-Hamrun, issir aktar Hamrun wiehed.

Il-Bambin Iberikkhom!!!!

 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt