Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Storja
 > Popolazzjoni
 > Gieħ il-Ħamrun
 > Għaqdiet
 > Knejjes
 > Monumenti
 > San Gejtanu
 > Nies ta' Isem
 > Skejjel
 > Toroq
 > Attivitajiet
 > Ritratti Antiki
Popolazzjoni

L-ewwel statistiċi fuq il-popolazzjoni tal-Ħamrun tmur lura fl-1850 fejn kien mgħammar bi 30 dar. Fis-sena li l-Ħamrun sar parroċċa, kien hemm ma’ l-4960 ruħ. Minn dan jidher biċ-ċar li kellu bidu sabiħ u jirrifletti l-motto tiegħu għall-mod mgħaġġel li bih kiber. L-akbar ammont ta’ nies li kienu jgħixu fil-Ħamrun kien fiż-żmien il-gwerra, minħabba l-fatt li ħafna nies bdew jitilqu djarhom qrib il-port u jiġu il-Ħamrun. Min dak iż-żmien ‘l hawn il-popolazzjoni tal-Ħamrun qiegħda dejjem tonqos. Statistiċi ta’ popolazzjoni tal-Ħamrun tul is-snin jgħidu hekk:

1850 30dar
1890 6,120
1901 10,393
1911 14,601
1921 12,347
1931 22,086
1985 13,682
1995 11,195
2005 9,028

Mil-aħħar ċensiment li sar fit-2005 ħareġ li l-Ħamrun huwa r-raba’ post f’Malta bl-ogħla densita ta’popolazzjoni kif ukoll it-tielet post bl-akbar rata ta’ tnaqqis fil-popolazzjoni.
 


 

 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt