|
Minn Vince
Bonello
Messaġġ tas-Sindku għall-okkażżjoni tal-festa.
Messaġġ wara l-ieħor u tibda tara kif għaddejjin is-snin,
din id-darba mhux se nkun intikom tagħrif dwar l-ħidma li
qed issir mill-Knsill, pero’ se niffoka l-iktar dwar
il-festa tal-Patrun tagħna San Gejtanu, li l-Ħamruniżi
kollha jkunu qed jistennewha bi ħġarhom. Jiena minn mindu
dħalt fil-kariga ta’ Sindku, f’isem il-Kunsill ikolli l-involviment
tiegħi mal-Kappillan, mal-għaqdiet u l-Pulizija, biex
ikollna festa mill-aqwa. Jiena w sħabi nkunu mistiedna
għall-quddiesa tal-festa u l-predikatur li jiġi dejjem
jitkellem dwar il-ħajja u kif għix San Gejtanu, ixerred it-tagħlim
nisrani u l-Evanġelju ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Ma jistax
jonqos li nkunu kburin il-Ħamruniżi w inħobbu l-festa għax
ma’ l-ewwel Erbgħat ta’ San Gejtanu dak li jkun qed jistenna
jidħol ġo fih l-entużjażmu tal-festa, biex jieħu pjaċir
b’dak li l-Għaqdiet jkunu ħejjew għall-festi esterni u għal
dawk reliġjużi mħejjija min-naħa tal-Knisja.
Għandna nilqgħu bil-ferh lil dawk l-emigranti ħutna li huma
barra minn xtutna li jiġu għall-okkażżjoni tal-festa li
qiegħda tant għall-qalbhom biex jaqsmu w igawdu l-festa
magħna. Irridu naħsbu wkoll f’dawk il-morda li ma jistgħux
ikunu qrib tagħna għall-festi esterni w dawk ta’ ġewwa l-knisja.
Fl-aħħar irrid nappella bħala Sindku f’isem il-Kunsill bħal
ma għamilna fis-snin li għaddew, għandna nifirħu b’mod
ċivili u nobbdu għal dawk id-direttivi li jagħtuna s-superjuri
tagħna. Nerġa f’ismi, sħabi l-kunsilliera w l-istaff,
nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd, paċi, għaqda w ferħ. |
|
|