Dħul  |  Il-Ħamrun  |  Il-Kunsill  Siti Oħra  |  Kuntatt
.
 Sezzjonijiet Oħra
 > Storja
 > Popolazzjoni
 > Gieħ il-Ħamrun
 > Għaqdiet
 > Knejjes
 > Monumenti
 > San Gejtanu
 > Nies ta' Isem
 > Skejjel
 > Toroq
 > Attivitajiet
 > Ritratti Antiki

Għaqda Mużikali Immakulata Kunċiżżjoni

Il-bidu ta’ din l-għaqda mużikali iddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni, jmur lura għal-1978, meta Toni Borg avviċina lill xi ħbieb biex iwaqqfu għaqda mużikali ġdida fil-Ħamrun. Din il-ħtieġa nħasset wara li ġiet imwaqqfa parroċċa ġdida fil-Ħamrun minħabba li l-popolazzjoni kibret sew f’dawk l-inħawi.

Il-ħolma ta’ Toni Borg saret realta fis-sena ta’ wara, għax fit-22 ta’ Awissu, 1979, nżammet l-ewwel laqgħa ta’ din l-għaqda fil-Victoria United Football Club fi Triq Barth. Maż-żmien il-post fejn jiltaqgħu inbidel bosta drabi. Mill-Victoria United Football Club marru ġo garaxx fi Triq Kanonku Bonnċi, wara hawn sabu mkien ieħor fi Triq Ġuże’ Pace u anki fi Triq Villambrosa sakemm inxtara post ċentrali fi Triq il-Kappillan Mifsud. Fl-1 ta’ Awissu 2002 l-għaqda reġgħet imxiet din id-darba għal-post aktar ċentrali fi Pjazza Kappillan Muscat, post ferm akbar min dak ta’ qablu. Dan il-każin infetaħ uffiċjalment fid-29 ta’ Awissu 2004 mill-President Emeritus tar-Repubblika l-Professur Guido de Marco.

L-ewwel surmast ta’ din l-għaqda żagħżugħa kien Alfons Maria Vella. Matul iż-żmien saru diversi tibdiliet importanti biex din il-banda tkompli tikber u tissaħħaħ. Fl-1993, waqt lagħqa Ġenerali Annwali inbidel il-kulur tas-soċjeta’, minn isfar għal ċelesti. F’din il-lagħqa nbidlet ukoll in-Nome di Maria tan-nofs ta’ l-istandard.

Tul is-snin il-banda tat is-servizz tagħha matul il-festi tal-Bidnija, Ħad-Dingli, Santa Venera u Marsaxlokk. Ħadet sehem ukoll fl-okkażjonijiet taż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II, matul il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-kampjonat mil-Ħamrun Spartans u anki għal-diversi drabi f’Jum il-Ħamrun. Programmi oħra saru fil-karnival, fil-ftuħ tas-Serenity Ward fl-isptar San Vinċenz u anke matul iż-żewġ ċentinarji tal-Każini tal-banda l-oħra ġewwa Ħamrun, dawk ta’ San Ġużepp u ta’ San Gejtanu.

Websajt: http://www.geocities.com/bandakuncizzjoni


 
 
Ċaħħad  |  Drittijiet ta` l-Awtur  |  Privatezza  |  Accessibilita  |  Kuntatt
http://www.gov.mt