Avvizi |
|
 |
Testimonial
match ghad unur Stefan Sultana
Fid-disgha ta’ Ottubru 2009, hbieb tal-plejer tal-Hamrun
Spartans F.C u ex-nazzjonali Malti, Stefan Sultana
b’kollaborazzjoni mall-klabb tal-futbol tal-Hamrun Spartans
F.C. u l-management board tal-Victor Tedesco Stadium
il-Hamrun, ha jorganizzaw loghba futbol bhala l-ahhar
tislima lill-ex captain tat-team Hamruniz biex juru l-apprezzament
taghhom ghall-karriera twila, glorjuza u lejali tieghu lejn
it-team tal-Hamrun Spartans F.C.
Din l-attivita ha tibda fis 7 ta’ filghaxija ‘il quddiem u
se tkun immexxija minn Mrs. Louise Tedesco it-tifla ta’ l-ex
president mahbub tal-Hamrun Spartans F.C is-sur Victor
Tedesco u hija wkoll compare maghrufa fuq stazzjon televiziv
lokali. Se jkun hemm spettaklu qabel din il-loghba kif ukoll
xi prezentazzjonijiet lill Stefan Sultana u xi sorprizi ma
jonqsux ukoll.
It-timijiet se jkunu komposti minn plejers tal-Hamrun
Spartans F.C. tat-tmeninijiet, iz-zmien glorjuz ta’ l-Ispartans,
fejn fost il-plejers li se jippartecipaw se jkun hemm
Michael Degiorgio, Raymond Vella, Alex Azzopardi, Marco
Grech, Sean Sullivan, Emmanuel Brincat, David Camilleri,
John Micallef, Ray Xuereb, George Xuereb Rupert Mangion,
,Leo Refalo, Gejtu Refalo Joe Zarb u Neville Galea kif ukoll
gejjien attapposta ghal din il-loghba minn barra min Malta
,Barry Gallagher u Ian Leigh z-zewg barranin tal-Hamrun
f’din l-era tad-deheb ghall-klabb Hamruniz. Bhala coach ghat
team tal Hamrun Spartans ha jkun Ronnie Attard.
It-tim l-iehor se jkun iffurmat minn ex-plejers tat-tim
nazzjonali Malti li laghbu ma’ Stefan Sultana tul il-perjodu
tieghu man-nazzjonal. Fost dawn il-plejers se jiehdu sehem
Charlie Scerri, Silvio Vella, Konrad Sultana, Joe Camilleri,
Martin Gregory, Kris Laferla, Joe Galea ,Ernest Barry,
Reggie Cini., Nicky Saliba, David Carabott, Darren Debono,
Jeffrey Chetcuti u ohrajn. Bhala coach ghat team malti ha
jkun Pippo Psaila.
Din se tkun okkazjoni rari fejn tim tal-football Malti
jaghmel testimonial match ghall-plejer li tah tant servizz
matul il-karriera tieghu u ghalhekk il-poplu kollu Hamruniz
huwa mheggeg biex jattendi u juri l-apprezzament tieghu lejn
dan il-plejer li ta hafna lill-Hamrun. Din hija wkoll
okkazjoni ghad-dilettanti tal-futbol Malti fejn jaraw uhud
mill-aqwa plejers tal-passat Malti kif ukoll jaghtu tislima
lill Stefan Sultana li huwa l-aqwa skorer ta kull zmien
fil-futbol Malti b’ 197 gowls.
Ghal din l-okkazjoni gew mistiedna personalitajiet distinti
fil-futbol Malti, kif ukoll se nkunu onorati bil-presenza
tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, l-eccellenza tieghu
Dr. George Abela.
Il-hlas tad-dhul se jkun ta’ ghaxar Euro u parti mid-dhul se
jmur ghal beneficjenza ezattament ghall-Puttinu Cares
James Cutajar
Organizzatur
Mob.no. 99448035
e-mail:
jamescut@onvol.net |
|
E.V.S.

Il-Kunsill Lokali Ħamrun ħa jibbenefika min wieħed mill-programmi
ta’ għajnuna li toffri l-Unjoni Ewropea ‘Youth in Action’
(action 2)
jew
aħjar European Voluntary Service (EVS).
F’dan il-programm, intlaħaq ftehim ma’ organizzazzjoni
Spanjola (La Vibra Terrasa) sabiex tiġi Malta membru minn
tagħha biex tagħmel xogħol voluntarju għal għaxar xhur
fil-lokal tagħna. Parti mix-xogħol tagħha se jkun li tgħin
fix-xogħol li jkun hemm fil-librerija li għandu l-Kunsill,
tqajjem kuxjenza mar-residenti biex jaqraw aktar, tiltaqa’
ma’ l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u taħdem magħhom biex
tittella’ attivita fil-lokalita tagħna fost ħafna affarijiet
oħra. Żgur li il-lokalita tagħna ħa tibeniffika bil-kbir
minn din l-inizjattiva. |
|
Inawgurazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Fidiel
Nhar
il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru 2008 fil-preżenza tas-Sindku, Rev.
Viċi Kappillan, Kunsilliera u ex-Kunsilliera, membri tas-Sotto
Kumitati u familji Ħamruniżi ġiet inawgurata statwa ġdida ta’
San Fidiel fuq saljatura f’tarf it-triq li ġġib l-istess
isem.
Kienu l-familji ta’ din it-triq li xtaqu li aħna tal-Kunsill
Lokali, nieħdu ħsieb biex terġa’ ssir din l-istatwa, peress
li dik li kien hemm qabilha sfat nieqsa u mkissra.
Minħabba l-fatt li l-istatwa l-antika ta’ San Fidiel kienet
nieqsa mil-post oriġinali tagħha bdiet ir-riċerka sabiex din
tinstab. Din l-istatwa li hija waħda unika f’pajjiżna tmur
lura għal-1869. L-istatwa instabet imma kienet fi stat ħażin
ħafna. Billi l-istatwa l-antika ta’ San Fidiel bħal ma
kulħadd jaf kienet bla ras u minħabba li għanda valur
storiku, ħassejna li din m’għandiex terġa titpoġġa hi fuq
is-saljatura f’tarf it-triq. B’hekk beda ix-xogħol biex
issir waħda ġdida, fejn intgħażel l-iskultur żagħżugħ u
bravu is-Sur Ramon Camilleri Mc Kay. Il-Kunsill Lokali
Ħamrun iddeċieda li jirrestawra l-istatwa l-antika fejn l-quddiem
ħa titpoġġa f’post prominenti fil-bini l-ġdid tal-Kunsill
Lokali Ħamrun. L-istatwa ta’ San Fidiel ġiet restawrata
mill-iskola tar-Restawr ta’ Biegħi u illum tinsab merfugħa
fil-Kunsill Lokali.
Din l-inizzjattiva mxiet il-quddiem permezz tal-Kunsilliera
Carmen Borg responsabbli mil-Edukazzjoni u Kultura, flimkien
ma l-ex Kunsillier Aaron Formasa u Sur Carmelo Borg, li
joqgħod fl-istess triq u membru fis-Sotto Kumitat. Il-Kunsill
Lokali Ħamrun jixtieq jirringrazzja lill-familja Butiġġieġ,
li l-istatwa ser titwaħħal ma’ l-appoġġ tad-dar tagħhom li
dawn aċċettaw bil-qalb.
Nota ta’ interess hija li taħt iż-żewġ statwi, li kienu
jinsabu f’din it-Triq iġifieri dik ta’ San Fidiel u ta’
Santa Marija, taħthom hemm żewġ lapidi miktubin l-istess
dati. Kull ma kien hemm differenti kien biss l-ismijiet ta’
l-istatwa u dawn kienu bit-Taljan, kif kienet l-użanza dak
iż-żmien, u li hawn taħt it-tradizzjoni tagħhom bil-Malti.
“L-Arċisqof Mons. G.Pace
Jikkonċedi l-Indulġenti ta’ 40 jum għal kull
minn jgħid Pater Ave u Glorja quddiem din ix-xbieħa
Ta’ San Fidiel
Digriet ta’ l-20 ta’ Ġunju 1896”
|
|
Official
Opening and Seminar by Aikido Master
You are cordially invited to the official opening of the
Aikido Malta Yamato Dojo on Saturday 21st June 2008 at Maria
Assumpta Girls Secondary School, Hamrun at 17.30 hours.
The Dojo will be inaugurated by Master (Dr) Renato
Tamburelli who is travelling from Rome, Italy, for the
event.
Master Tamburelli, 5th Dan, started Aikido training over 35
years ago and has studied under two of Aikido’s founding
masters.
Yamato Dojo’s Sensei, Mr Kevin Bonanno, will deliver a
welcome address at 17.45 hours. This will be followed by a
series of Aikido demonstrations led by Master Tamburelli to
reveal the powerful yet harmonious aspects of this unique
martial art. He will be assisted by current students of all
ranks of the Yamato Dojo.
For additional information contact Mr Kevin Bonanno on 9989
9733 or by visit
www.aikidomalta.net |
|
Premju Qalb San Ġorġ Preca
Għal l-ewwel darba kemm ilu mwaqqaf il-Kunsill Lokali
tal-Ħamrun, bi pjaċir kbir inħabbru li ġie mniedi konkors –
Premju tat-tjubija għat-tfal bl-isem ta’ “Qalb San Ġorġ
Preca”.
Dan il-premju jikkonsisti billi jiġu nnominati tfal li jkunu
wrew qalb tajba ma’ xi persuni anqas ixxurtjati minnhom.
Bord professjonali ta’ l-Għażla jistudja bir-reqqa l-ħidma
ta’ dawn it-tfal u jiddeċċidu bejnithom minn għandu jkun
ir-rebbieħ jew rebbieħa, filwaqt li c-chairperson jagħmel ir-rapport
tiegħu li jkun finali.
Il-Konkors ġie miftuħ għat-tfal Ħamruniżi minn eta’ żgħira
sa sittax -il sena. Intbgħatu ċirkulari kemm fl-iskejjel
fejn jiffrekwentaw tfal Ħamruniżi, kif ukoll lill-għaqdiet
kollha kemm reliġjużi kif ukoll lill-għaqdiet mhux
governattivi fil-Ħamrun, fejn min jinnomina jibgħat ic-CV
tat-tifel jew tifla kkonċernata u jikteb dwar il-ġest nobli
li dawn ikunu wettqu.
Il-premjazzjoni saret nhar it-Tnejn 26 ta’ Mejju
fis-6.00p.m. fil-Każin ta’ l-Għaqda Mużikali San Ġużepp,
quddiem il-paroċċa San Gejtanu, Ħamrun. Dan il-Jum ħabat
ukoll il-Jum Dinji tat-Tfal u hija xi ħaġa sabiħa li dawn
it-tfal jiġu ppremjati propju fil-Jum iddedikat għalijhom.
Ir-Rebbieħa ta’ din l-ewwel sena kienet Marisa Zammit.
Marisa tifla ta’ 13 -il sena, tattendi Our Lady Immaculate
School Ħamrun, hija tifla li għandha l-autismu fejn mixja l-quddiem
ħafna fl-iskola li fijha ilha tattendi minn Year 1.
Fil-ħin tar-rikreazzjoni, Marisa tieħu ħsieb studenta li
għandha id-Down Syndrome u li għandha problema ta’
kommunikazzjoni. Marisa tikkomunika ma’ din it-tifla, hija
l-ikbar ħabiba tagħha u jħobbu lil xulxin bħall aħwa.
Għalhekk il-Kunsill Lokali Ħamrun bi pjaċir kbir ippremja li
Marisa għal qalb kbira u tajba li għandha. J’alla aktar tfal
jieħdu l-eżempju ta’ Marisa u ma jaqtawx qalbhom ikunu ta’
għajnuna għal sħabhom fejn ikun meħtieġ.
|
|
Wirja ‘Ħidmet il-Ħamruniż’
Il-wirja ‘Ħidmet il-Ħamruniż’ mtella’ mill-Kunsill Lokali
Ħamrun nuru fiha’ l-ħiliet ta’ ħutna il-Ħamruniżi f’dak li
hu xogħol ta’ l-idejn u passatempi oħra. Din il-wirja saret
sinomina ma’ l-attivitajiet li jiġu mtella ta’ kull sena fl-okkazzjoni
ta’ Jum il-Ħamrun.
Sena wara oħra, u din hi ir-raba’ sena, fejn din il-wirja
kompliet tikber u tissaħħaħ biex din is-sena laħqet il-kulmu
tagħha bix-xogħol dedikat li jsir mill-Kunsilliera Carmen
Borg u sotto kumitat tagħha.
Il-poplu Ħamruniż, għandu talent kbir, għalhekk għandu ħafna
x’joffri. Dan jidher meta nżuru lill-familji f’darhom, għax
kulħadd ikun jixtieq juri x’kapaċi jagħmel.
Il-Kunsill Lokali tagħna għandu għal qalbu ħafna l-kapaċitajiet
ta’ dawn ħutna u għalhekk, li ta’ kull sena nkunu ħerqana
biex intellgħu din il-wirja.
Għat-tieni sena konsekuttiva ingħaqdu magħna wkoll
il-Soċjeta tal-Hobbies li għandna fil-Ħamrun, Soċjeta li
għanda ħafna x’toffri.
Grazzi tmur ukoll lill-President u lis-Segretarju tal-Każin
tal-Banda San Ġużepp li ġentilment offrewlna is-swali
tal-Każin tagħhom u kienu ta’ għajnuna kbira sabiex issir l-armar.
Il-wirja ħa tkun miftuħa mill-Ġimgħa 23 sas-Sibt 31 ta’
Mejju fis-Swali tal-Każin tal-Banda San Ġużepp.
Għalhekk il-Kunsill Lokali Ħamrun iħeġġeġ l-poplu Ħamruniż
sabiex iżur din il-wirja u japprezza x-xogħol ta’ ħutna l-Ħamruniżi,
u biex hu wkoll jitħeġġeġ għax-xogħol ta’ l-idejn li hu
mprezzabli, u li jista jiswa tant ġid għal-individwu peress
li hu mezz ta’ kif wieħed jista juża tajjeb il-ħin liberu. |
|
Ħamrun 4 U Football
Tournament
Nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju il-Kunsill Loakli Hamrun organizza
Football Tournament għal-ewwel darba bejn l-Għaqdiet li
nsibu fil-Ħamrun għal-okkazzjoni ta’ Jum il-Ħamrun. F’dan
it-tournament ġewwa il-Victor Tedesco Stadium ħadu sehem fiħ
7 teamijiet Ħamrunizi.
It-teamijiet li ipparteċċipaw fiħ kienu - Kunsill Loakli
Ħamrun, Ħamrun Sapporters Club, Ħamrun Civic, Ħamrun Samra,
l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, l-Għaqda tal-Mużika San
Ġużepp u l-Forum Żgħażagħ Laburisti Ħamrun.
It-teamijiet inqassmu f’żewġ gruppi sabiex jikwalifikkaw l-ewwel
żewġ teamijiet min kull grupp biex jilgħabu is-semi finali
bejniethom. Iż-żewġ teamijiet finalisti kienu l-Għaqda
tal-Mużika San Gejtanu u l-Ħamrun Sapporters Club. It-team
rebbieħ kien dak ta’ l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu. |
|
Jum il-Ħamrun
Il-Kunsill Lokali Ħamrun għal sena oħra reġa organizza
diversi attivitajiet konnessi ma’ Jum il-Ħamrun. Bla dubju
l-akbar attivita saret nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju. Fejn
filgħaxija ingħalqet Triq il-Kbira, San Ġużepp u quddiem
il-Knisja San Gejtanu ġiet organizzata lejla Ħamruniża
b’Wine Festival u ikel Malti li ma’ tulha ħadu sehem għadd
ta’ kantanti, zeffiena u logħob għat-tfal.
Imħeġġeġ mil-attendenza tajba u mit-talent li nsibu
fil-lokal żgur li l-Kunsill Lokali Ħamrun ħa jaħdem aktar
sabiex attivitajiet bħal dawn ikomplu jikbru u jiżdiedu
matul is-sena kollha. Il-Kunsill Lokali Ħamrun jixtieq javża
ukoll biex dawk il-Ħamrunizi li għandhom xi talent jew xi
passatemp, jinfurmaw lill-Kunsill biex jieħdu sehem fl-attivitajiet
li jmiss. |
|
25 Sena mil-Mewt ta’Anton
Buttiġieġ
Il-Kunsill Lokali Ħamrun, kif inhu xiereq nhar il-Ħadd 25 ta’
Mejju ħdejn il-monument tiegħu fi Blata l-Bajda ħa sehem
f’ċerimonja organizzata mil-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu
fl-aniversarju tal-25 sena mil-mewt ta’ Anton Butiġieġ.
Anton Buttiġieġ kien bniedem li ħabb il-Ħamrun u ħadem
għall-Ħamrun fejn kien involut f’bosta għaqdiet Ħamrunizi.
Għalkemm Anton ma għadux magħna huwa għadu ħaj permezz
tal-poeziji u letteratura mill-isbaħ li kiteb.
Anton Buttiġieġ twieled il-Qala Għawdex, fid-19 ta’ Frar,
1912, it-tielett wield ta’ Savior Buttiġieġ u Conċetta
Falzon. Huwa tgħallem fl-iskola primarja tal-Gvern fil-Qala,
fis-Seminarju ta’ Għawdex u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi
B’kara. Sa minn ċkunitu Anton deher li ħa jkun persuna
intelliġenti ħafna, umli u jħobb jgħin lil kullħadd.
Meta għadda mill-eżami tal-matrikola, wera x-xewqa li jidħol
l-universita biex jistudja għal-avukat, iżda l-ġenituri
tiegħu xtaquħ li jkompli jistudja għal qasis, kif fil fatt
għamel. Maż-żmien ħass li ma kienx imsejjaħ għall-qasis u
ddeċieda li jitlaq mill-kors tas-saċerdozju u jaqbad
il-linja għal avukat kif dejjem xtaq. Waqt li kien student
fl-Universita, Anton kien attiv ferm. Hu kien wieħed mill-membri
fundaturi fl-1931 ta’ l-Għaqda tal-Malti flimkien ma’ Ġuże’
Bonnici u Ruzar Briffa. Kien ukoll wieħed min tal-bidu fl-Għaqda
Letterarja ta’ l-Ingliż u s-Societa Universitaria di
Letteratura Italiana.
Anton Buttigieg laħaq nutar pubbliku fl-1939 u ħa l-lawria
ta’ avukat fis-sena ta wara. Hu ħadem ukoll bħala Fiżżjal
fil-Korp tal-Pulizija u kien stazzjonat fil-Ħamrun, dan anke
matul it-tieni Gwerra Dinija. Għamel żmien ukoll jaħdem
bħala ġurnalist mat-Times of Malta. Fl-1955 inħatar Aġent
Maġistrat. Minħabba li kienet tinteressaħ il-politika, huwa
ikkontesta mal-Partit tal-Ħaddiema fl-1955 fejn baqa’ jiġi
elett sas-sena 1976. Dr Buttiġieġ kien ukoll President ta’
Għaqda Mużikali Banda San Gejtanu sakemm miet.
Anton iżżewweġ tlett darbiet, wara l-ewwel mara, Carmen
Bezzina li minna kellu tlett it-tfal --- Dr John Buttiġieġ,
Rose Brincat u Dr Emmanwel Buttiġieġ --- iżżewweġ lil Connie
Scicluna li bħal mara ta’ qabel mietet din id-darba
b’inċident tat-traffiku ġewwa Londra. Huwa reġa’ żżewweġ din
id-darba lill Margery Helen. Fil-poeżija tiegħu tidher ċara
ż-żminijiet diffiċli li għadda minhom tul ħajtu.
Huwa nħatar President tar-Repubblika ta’ Malta mill-1976 sa
l- 1981. Tul kemm dam President, huwa dejjem saħaq biex
il-poplu jkun magħqud u jgħix fis-sliem, kien ukoll fid-diskors
tiegħu idaħħal siltiet politiċi li kien tant iħobb.
Anton rebbaħ bosta premjijiet fil-poeżija u fil-letteratura,
u jibqa jiġi mfakkar bħala l-poeta tan-natura’. Xogħlijiet
li nsibu tiegħu u li ġew ippublikati nsibu Żibeġ u Boċċi,
mill-Gallarija ta’ Żgħożiti, Fanali bil-Lejl, Ejjew nidħqu
ftit, Ejjew nidħqu ftit ieħor, Qasba mar-Riħ, il-Muża bil-Kimono,
Fl-Arena u Balletti Maltin.
Anton Buttiġieġ miet nhar il-5 ta’ Mejju 1983, fejn kellu
funeral statali u jinsab midfun fiċ-ċimiterju ta’ Addolorata.
Fil-Ħamrun, in-naħa tal-Blata l-Bajda insibu monument tiegħu
li ġie inawgurat fil-5 ta’ Mejju 1985 sentejn wara l-mewt
tiegħu. |
|
Serata
Speċjali għal jum l-Omm
Is-Sotto Kumitat 3B, Anzjani, Persuni b’Diżabilita’, Nisa u
Kultura fl ħdan il-Kunsill Lokali Ħamrun għandu pjaċir
iħabbar serata speċjali bl-ikel għal-Jum l-Omm.
Data: Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2008
Ħin: Fit-8.00p.m. nitilqu minn quddiem il-Kunsill
Post: Ta’ Fra Ben Restaurant, il-Qawra
Lura: Għal ħabta ta’12.00a.m.
Prezz: Tfal (bejn is-6 u l-10 snin) - €10.00. Kbar-
€13.50
Barra mill-ikla three course (l-għażla ssir max-xiri
tal-biljett) ser ikun hemm daqq ta’ mużika, kant, zfin u
premjijiet sbieħ. Ser tingħata ukoll fjura għal-okkażjoni
lill kull omm u ser ikun hemm ukoll kejk ta’ l-okkażjoni.
Inkluz mal-prezz hemm tazza inbid jew luminata.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-Uffiċċju tal-Kunsill
Lokali Ħamrun mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30a.m u
nofsinhar u s-1.30p.m u l-4.00p.m sa mhux aktar tard minn
nofsinhar ta’ nhar il-Ħamis 8 ta’ Mejju 2008.
Ejjew ħalli nifirħu flimkien għall dan il-Jum specjali |
|
Attivitajiet:
Fost il-ħafna attivitajiet, kemm kulturali u soċjali
li jiġu organizzati mill-Kunsill Lokali Ħamrun,
fiż-żmien li ġej, is-sotto kumitat responsabbli
miż-żgħażagħ se jorganizza lezzjoni ta’ Suba Diving.
Din l-esperjenza li għal ħafna ħa tkun l-ewwel
esperjenza tagħhom taħt il-baħar ħa ssir nhar is-Sibt
28 ta’ Ġunju, fis-2pm, iċ-Ċirkewwa. Se jkollna
jieħdu ħsiebna nies kwalifikati mill-Grupp Aquatica.
Din l-esperjenza ħa ddum tliet sigħat fejn l-ewwel
tingħata xi informazjoni utili kif ukoll ta’
importanza għas-sigurta u mbagħad kulħadd ikollu l-opportunita
li bl-apparat meħtieġ jibda l-esperjenza tiegħu taħt
il-baħar.
Qiegħda ssir ukoll sejħa għal dawk kollha li
jilagħbu l-football sabiex jinkitbu mat-team tal-football
li għandu l-Kunsill Lokali Ħamrun li jieħu sehem
f’diversi tournaments kemm fil-lokalita tagħna u
kemm oħra organizzati minn Kunsilli Lokali oħrajn. |
|
|