Aikido
L-‘Aikido’ hija għaqda li bdiet topera f’Malta
fl-1993. Fl-2006 fetħet fergħa ġewwa l-Ħamrun fl-iskola ta’
Marija Assumpta fejn jiġu organizzati diversi korsijiet għal
dawk li jixtiequ jitgħallmu l-‘Aikido’. Il-lezzjonijiet huma
mgħallma minn ‘instructor’ kwalifikat u ta’ ċinturin iswed.
Kif jimplika l-isem, l-‘Aikido’ huwa tip ta’ difiża
personali, ‘Self Defence’, Ġappuniż, b’differenza. Dan
għaliex fiha wieħed ma jkunx mitlub jkun vjolenti jew
aggressiv billi jagħti bil-ponn jew bis-sieq, imma li
jiddefendi ruħu billi jdawwar favur tiegħu l-istess enerġija
ta’ l-avversarju kontrih stess.
Dan kollu jiġi mgħallem minn aspett tekniku billi wieħed
jitħarreġ jiddefendi lilu nnifsu minn diversi tipi ta’
attakki bħal qbid ta’ l-idejn, daqqiet ta’ ponn u bis-sieq,
attakki minn wara, kif ukoll minn armi. Jiġu trattati
xenarji ukoll ta’ attakki li jsiru fit-toroq.
L-‘Aikido’ m’hux biss forma teknika, imma fiha wieħed
jitgħallem ukoll jużaha fil-ħajja ta’ kuljum għax tħarreġ
lill-individwu jħares lejn ‘konflitt’ minn angolu differenti.
Minflok ma wieħed jopponi jew jirreżisti, wieħed jimxi mal-moviment
jew argument pero’, jisfrutta s-sitwazzjoni għal vantaġġ
tiegħu.
Il-lezzjonijiet huma mqassma f’diversi partijiet fosthom,
‘warming-up, stretching, breakfalls, defensive skills,’
passi u teknika.
Dan it-taħriġ jgħin l-individwu isir aktar mentalment
ko-ordinat, flessibbli, dixxiplinat, assertive u mimli
b’aktar enerġija.
Bħal ma wieħed jista’ jifhem dan it-tip ta’ ‘Self Defence’
ma jirrekjedix saħħa fiżika, u għalhekk huwa ideali ħafna
għat-tfajliet.
Aftar informazzjoni tista’ tinkiseb billi wieħed
iċempel fuq in-numru 9989 9733 jew iżur
www.aikidomalta.net. |